Ftit ġimgħat ilu dan is-sit żvela aktar dettalji dwar dak li hu għaddej fil-kamp tal-ġudikatura.
Philip Galea Farrugia huwa l-partner ta’ Elaine Rizzo li tiġi oħt il-pulizija Kurt Rizzo, li għadu kif ġie sospiż. Galea Farrugia huwa l-Maġistrat li jagħmel l-inkjesti.
Fl-istess waqt, kawżi tat-traffikanti tad-drogi jinstemgħu minn Elaine Rizzo Mercieca.
U allura issa jqum dawn il-mistoqsijiet;
Il-Maġistrat Elaine Rizzo Mercieca għandha tibqa’ tisma’ kawżi tad-drogi meta ħuha nqabad pożittiv għal kokaina u suspettat li qed jgħaddi informazzjoni lit-traffikanti?
Il-Maġistrat Elaine Rizzo Mercieca għandha tibqa’ tisma’ kawżi tad-drogi meta għandha relazzjoni ma Philip Galea Farrugia, il-Maġistrat li jagħmel l-inkjesti?
1 Comment
Il-ġudikatura għadha waħda mill-baqar sagri li għad għandna fis-soċjeta’ tagħna. Hija pilastru mportanti tad-demokrazija imma bl-ebda mod ma jfisser li għandhom ikunu kontabbli u trasparenti. Għandhom ikunu miftuħa għall-kritika mingħajr ma tiġi akkużat li qed timmina jew li qed tattakka l-ġudikatura. Il-pubbliku għandu dritt jistaqsi kif domandi pertinenti bħal kif jingħataw ċertu sentenzi, dwar il-ħatriet ta’ ġudikanti, eċċ. F’pajjiż modern u evolut kulħadd għandu jkun kontabbli u trasparenti f’ħidmietu.