Bdejna sena ġdida, u għal min jaħseb li dan is-sit mhux se jibqa’ jiġri wara l-PN u l-iskeletri li għandhom moħbija sejjer żbaljat.
Għal min jaħseb li l-istorja tat-taxxa mhux mħallsa ta’ Bernard Grech hija storja magħluqa nistghu ngħidulu li baqa’ ħafna x’ joħroġ.

Bernard Grech ġab 60,000 ewro biex ħallas it-taxxa
Meta Bernard Grech ħallas dak li kien dovut għamel kummiedja bi tliet atti. Meta jkun il-waqt ngħidulkom ukoll.
Is-sorsi tagħna mid-Dar Ċentrali qalulna li persuna li taf ħafna dwar din l-istorja huwa l-Onorevoli Ivan Bartolo tas-6pm.

Ivan Bartolo
Se nerġa’ nistaqsik Sur Ivan Bartolo.
X’se tgħidilna fuq il-ħlas tat-taxxa ta’ Bernard Grech wara snin sħaħ jevadi?
Taf tgħidilna kif Bernard Grech ġab 60,000 ewro biex ħallas it-taxxa?