Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Maġistrata: Kontinwazzjoni tal-kawża għall-14 ta’ Jannar fejn jekk ikun il-każ jixhed Jeremy Harbinson, jekk hux viva vice jew le wieħed għad irid jara.

 

 

 

Il-kawża aġġornata.

 

 

Aktar qabel;

 

 

Avukat Francesco Refalo : Qabel ma jixhed Jeremy Harbinson m’hemmx iktar xhieda minn naħa tal-uffiċċju tal- AG.

 

Sadanittant, Il-qorti laqgħet talba tal-AG li l proċeduri kontra Taumac Ltd jinstemgħu separatament mill- bqija tal-akkużati l-oħra.

 

Avukat Vincent Galea ippreżenta 2 sentenzi tal- European Court of Human Rights illi jgħidu li jekk xhud importanti ma jkunx preżenti jinħolqu problemi fil-proceduri.

 

Aktar qabel;

 

Telgħet tixhed rappreżentanta tad-dipartiment tat-taxxi li qalet li għadu għaddej xogħol ta analiżi relatat ma wieħed mill-akkużati li għandu jieħu mas-sitt xhur.

 

Rappreżentant tal-bank e-money ippreżenta statement aġġornat ta’ kont bankarju ta’ Dr. Joseph Muscat.

 

 

 

 

Aktar qabel ;

 

 

Avukat Arthur Azzopardi – Harbinson għandu jixhed wara li ssir l analiżi tad-data ġdida li kienet ippreżentata lilll-qorti wara li tressqu l-akkużati

 

Qorti – dan hu proċess li jinvolvi ħafna xogħol u spejjeż. Harbinson huwa xhud tal- prosekuzzjoni u meta se jiġi jixhed ikun hemm ċans li jsirlu kontro eżami.

 

 

 

Aktar qabel;

 

Il-Qorti tagħti digriet dwar meta jkun jista’ jixhed l-espert Jeremy Harbinson u jekk hux se jkun jista’ jixhed fis-seduta li jmiss.

 

Il-Qorti ma laqgħetx talba tal-Avukat Ġenerali li Harbinson ma jiġix Malta jixhed.

 

 

Aktar qabel;

 

Fis-seduta ta’ dalgħodu, se tkun hawn trattazzjoni dwar jekk Jeremy Harbinson jiġix jixhed personalment fil-Qrati tal-Ġustizzja f’Malta.

 

Apparti x xhieda mħarrka, llum jonqos biss Jeremy Harbinson biex jixhed minn naħa tal-Prosekuzzjoni.

 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *