Repubblika ħarġu bħas-soltu jiktbu biex issir investigazzjoni. Iżda fejn issoltu jiktbu lil Maġistrat, din id-darba kitbu lil Kummissarju tal-Pulizija.
In-Nutar tal-Kurja xehed li dan għamluh fuq parir legali. Jiġifieri b’ mod maħsub.
Għaliex?
Għax kieku kitbu lil Maġistrat Vella din kien ikollha bilfors tibgħat kollox għand Maġistrat ieħor. Dan kien jagħti dritt lil Joseph Muscat jiddefendi lilu nniffsu, xi ħaġa li hi ma rieditx.
Meta kitbu lill-Kummissarju kienu jafu li l-Maġistrat ordnatlu biex jimxi biss fuq id-direzzjonijiet tagħha. Allura lanqas hu ma seta’ jmur għand Maġistrat ieħor.
Ikkapparrat kollox hi u rrifjutat li tisma’ lil Joseph Muscat. Dan kollu biex issir it-tfittxija fuqu u fuq familtu fid-dar tiegħu, bin-Nutar tal-Kurja jeċita ruħu barra.
Ħadma Maġisterjali bil-fjokki.
1 Comment
Ministru Attard u Prim Imhallef hudu passi. Itolbu ghar Rizenji tal Magistrati Vella u Rizzo. IL POPLU DAK LI QED JISTENNA.