Joseph Muscat.
Kif tisimgħu b’ismu taħraw taħtkom.
Kien fl-2008, Joseph Muscat kien magħżul bħala l-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.
Dak iż-żmien kontu tgħajjruħ li għadu tifel. Iżda dan it-tifel kien il-bidu tat-tmiem tagħkom. Il-Partit Nazzjonalista beda jiżżarma biċċa biċċa, sakemm għodwa minnhom fl-2013 wasal jum il-kontijiet.
X’ għamlilkom it-tifel‼️ Tagħkom tkaxkira għal Alla li ħalaqkom. Tsunami.
It-tifel laħaq Prim Ministru. Għaldaqstant ridtu ssibu laqam ieħor. Bix-xieraq, għax tkaxkira bħal dik Alla biss jaf minn x’hiex għaddietkom. U laqqamtuh ta’ Burmarrad.
Mela ta’ Burmarrad daħal Kastilja u pajjiżna beda għaddej minn rivoluzzjoni siekta iżda tremenda. Meta għaddew tlett snin bdejtu taqtgħu nifiskom, u l-wita’ inbidlet f’tela’ iebsa. Allura iddeċiedejtu tibdlu l- istrateġija u għażiltu li tiffukaw l-attakki tagħkom kollha fuq Joseph Muscat.
Sakemm waslet ir-raba’ sena tal-leġislatura.
Kien l-ewwel ta’ Mejju 2017. Waqt id-diskors tiegħu tal-okkażjoni, Joseph Muscat ħabbar elezzjoni bikrija. Kienet id-daqqa mortali għall-Partit Nazzjonalista. Kwarta wara il- Partit Laburista kellu l-billboards armati fit-toroq ta’ Malta u Għawdex. L-għada stess permezz tal-esponenti tiegħu beda jispjega l-Manifest Elettorali.
Il-PN ta’ Simon Busuttil? Kaos totali.
Kienet l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista mar għal elezzjoni ġenerali mingħajr ma lesta il-programm elettorali u tqassam fid-djar.
X’għamlilkom ta’ Burmarrad‼️ Tsunami akbar.
Rebħa kbira Laburista b’maġġoranza akbar. Kienet id-daqqa tal-mewt. Minn dakinhar ‘l hawn ma nafx kemm il-Kap bdiltu. Il-Partit ta’ Nerik Mizzi u Fenech Adami spiċċa frak.
Mhux ta’ b’xejn tobgħoduh!
Però l-istorja ma waqfitx hemm. Bħal ma qalilkom tajjeb sieħbi Jason Micallef;
“Pass wara pass ġej għalikom, u se jaqbadkom ħmar il-lejl.
Se jerġa jirbħirkom, u wara jiġi għalikom, u l-maġġoranza tal-poplu se terġa’ tkun warajh bil-kbir.”
Neħħuha minn raskom li qatt xi darba tistgħu tirbħulu.
Nerġgħu Nirbħulkom.
9 Comments
PROSIT GAFA. Kollu minu hu ezatt dak kollu li ghadd. Haga wahda jekk ma jimpurtax–(TAGHKOM TKAXKIRA ALLA LI HALQKOM), Il-mibki LINO CASSAR mux ekk kenn jjeijda, imma—TAGHKOMTKAXKIRAALLALLALIHALQKOM. kif qed taqra ezzat, ALL IN ONE GO, His trade mark.
Wrll done neville
Taghkom tkaxkira kissirkom u gabkom fix-xejn invictus
Joseph f’qalbna dejjem
The one and ONLY
Joseph kien umli ihoss il-polz tan-nies qrib in-nies u michelle helwa u tghin lol kulhadd b’hekk ttaw tkaxkiriet kbar lil pn
INVICTUS 10/10
prosit Navill tkaxkira seww taghom it tifel .U jekk jerga jirbah din zunami jaghmel .prosit u ibqa sejjrr hekk gharaff in nies bil hazien tal PN li jaghmluwha ta qaddiesin u hlief mibeda ma tohrog minhom ghal poter jaghmlu kollox dawk in nies Grazzi
JM hu l-Iprem ta’ kull zmien.