Il-Qorti aġġornat għall- 24 ta’ Frar 2025.
Aktar qabel:
Id-difiża qed tagħmel il-punti tagħha dwar in-nuqqas tal-espert Jeremy Harbinson, il-klijent ta’ Dr. Peter Fenech, li b’mod sottili qed jagħmel minn kollox biex ma jiġix jixhed fiżikament.
Meta Dr. Refalo għan nom tal- prosekuzzjoni intalab jikkonferma liema parti tal- Irlanda jgħix Jeremy Harbinson, dan ma kienx jaf! Wara xi ħin informa lill-Qorti li dan jgħix l- Irlanda ta’ Fuq.
Aktar qabel;
Meta mistoqsi mid difiża, Dr. Azzopardi spjega li d- dokumenti ingħataw lilu permezz ta’ email. Ikkonferma li qatt ma mar Malta Enterprise sabiex jara l-oriġinali.
Avviċinaw lilu għax ma felħux jaraw li tali dokumenti ma ngħatawx lill-Qorti.
Minn naħa tagħha, il-Qorti ma tista’ tagħmel xejn li twassal tinkixef l-identità tal-klijenti.
Dr.Azzopardi ikkonferma li l-klijenti tiegħu ikkonfermaw li l-imsemmija dokumenti kienu il- Malta Enterprise meta saret is-search.
Tiġi konkluża x-xhieda ta’ Jason Azzopardi.
Aktar qabel;
Jitla’ jixhed Dr. Jason Azzopardi.
Dr. Azzopardi jispjega kif ingħataw lilu dokumenti. Għaddewlu tlett rapporti tal-Malta Enterprise u talbuh jgħaddihom lill-Qorti.
Il-limitu kien li ma jesponix l-identità tal-klijenti. Taħt l- ebda ċirkostanza ma għandu l-permess li jikxef l-identità tal-klijenti. Saħaq li għal xi raġuni jew oħra dawn id-dokumenti ma kienux ingħataw lill-Qorti meta Malta Enterprise intalbu jagħmlu dan.
Ikkonferma li tnejn mill-ħames dokumenti kienu diga’ ġew sottomessi. Għaldaqstant, minn ħames dokumenti li skont Jason Azzopardi ma kienux ingħataw lill-Qorti, issa niżlu għal tlieta.
Aktar qabel;
Il-prosekuzzjoni ġiet infurmata permezz ta’ rikors minn Dr. Jason Azzopardi li għandu xi dokumenti u li qed jitlob li jiġu ppreżentati.
Dr. Gianella spjegat li dan mhux il-mod li jitressqu l-provi.
Saru interventi oħra relatati minn avukati oħra tad-difiża.
Il-Qorti tinforma li ma tistax taqbel li Dr. Azzopardi mhux qed jitressaq skont il-proċedura u għaldaqstant sejra tisma’ x-xhieda tiegħu.
Aktar qabel:
Tkompli tinstema l-kawża tal-Isptarijiet.
Tajjeb infakkru li l-persuna li ħadet responsabilta’ tar-rapport tal-esperti, Jeremy Harbinson, qed jisfida lil Qorti u jgħid li ma jistax jiġi Malta.
Permezz ta’ Dott Peter Fenech, Harbinson qed jgħid li ma jistax jagħti data meta jiġi Malta għax skont hu ghandu l-mara ma tiflahx. Is-Sinjura Harbinson hija direttur miegħu fil-kumpanija li qed ixolji u li tħallset €11 miljun għal rapport mimli taħwid.
1 Comment
Skont lexpert tal-qortri appena thalas min flus il-poplu Malti akwesta ranch fis-Slovakia. Tal-bierah kienet interesanti ghax baqa jistma lt-talba tal-qorti f’sormu.