Jibqa’ jikkonferma li ħadu l-flus u ħarbu

Neville Gafa

~ 2 days ago

Jibqa’ jikkonferma li ħadu l-flus u ħarbu

Jeremy Harbinson hu l-espert li ħa €11 -il miljun għar-rapport tal-Vitals li fuqu biss jistrieħu l-akkużi kontra Joseph Muscat u ħafna nies oħra.

 

Harbinson intalab jiġi jixhed iżda qal li ma jista’ QATT jiġi Malta minħabba kundizzjoni serja li skont hu għandha martu.

 

Il-Qorti talbitu ċertifikati fi żmien jumejn.

 

Issa Jeremy Harbinson, permezz ta’ Dott. Peter Fenech, qed jgħid:

 

 

 

1. Li ma rnexxilux jkellem lit-tobba li jafu bil-każ ta’ martu.

 

2. Li ma tawhx appuntament għaliex il-każ mhux emergenza.

 

3. Li qalulu l-ewwel mur ghand tabib tal-familja imbagħad jagħmillek appuntament hu/hi għal sitt ġimgħat wara.

 

Dan ifisser li għat-tobba ma hemm xejn ta’ emergenza fil-kundizzjoni msemmija u li lanqas hu ma jħoss li għandu jmur għand speċjalisti b’ mod privat.

 

Iżda ma jista’ QATT jiġi Malta.

Inħalli l-konklużjoni f’ idejkom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Ray Scicluna January 16, 2025

    imma impossibli ghandna qorti tibla’ dawn il-hmerijiet…..mur naghmlu hekk jien Jew int..ibqa’ zgur li jaghmlu show !!

    Reply
  2. Josephine Spiteri January 16, 2025

    ibaght dan il kumment lil Alex Agius Saliba ha jipprezentah fil EU

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *