L-10 ta’ Marzu 2013, Malta stenbħet taħt Gvern ġdid – Gvern Laburista.
Dakinhar, ħajjet Godfrey Leone Ganado inbidlet għal ħmar il-lejl. Kull meta jistenbaħ jiftakar li se jkollu jqatta’ jum ieħor taħt Gvern Laburista. U l-akbar uġigħ ta’ ras tiegħu hija li jaf li fadallu ħafna aktar snin jgħix taħt Gvern Laburista.
Godfrey Leone Ganado għandu problema kbira. Għaddew ħdax- il sena mindu l-Partit Laburista rebaħ il-Gvern, iżda għal Leone Ganado dan il-ħmar il-lejl għadu jiġri warajh sal-ġurnata mqaddsa tal-lum.
Leone Ganado, puppatur ieħor li jridha ta’ xi paladin tal-politika onesta, stqarr li l-Membri Parlamentari Ewropej għandhom jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom ħalli jkun hemm sanzjonijiet kontra l-Fondi Ewropej għal Malta.
Dan b’rabta mal-ħidma tal-Gvern għar-riforma fl-inkjesti maġisterjali.
Tajjeb infakkru li nhar id-29 ta’ Mejju 2024, dan il-puppatur permezz tal-avukat tiegħu qal li mhux se jkompli jikteb kummenti aktar fuq facebook “biex ma niġix miżinterpretat.”
Jidher iżda li minflok Facebook issa qed jivvomta l-odju tiegħu fuq Twitter.

Leone Ganado
Sur Leone Ganado, nawguralek għomor twil mimli saħħa. Dejjem taħt Gvern Laburista.