Dak li jemmen li Jason Azzopardi għandu jkollu rwol iktar importanti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, illum tagħna konferma li skont hu għandhom jinfetħu inkjesti bil-Maġistrat abbażi ta’ stejjer fil-ġurnali.
Wara kollox, qalilna Aquilina, jekk irid dak li jkun jagħmel libell kontra l-ġurnal!
Tajjeb ħafna hekk, Sur Avukat Aquilina. Ngħaddu lin-nies mill-kalvarju ta’ inkjesti bil-Maġistrat u nonfqu l-eluf kbar ta’ Ewro f’esperti mit-taxxi tal-poplu abbażi ta’ stejjer fil-gazzetti.
Imbagħad wara, meta snin wara tikklirja ismek, kulħadd jibqa’ b’li ħa u jibqagħlek biss il-frak f’idejk.
Tajjeb ħafna hekk, Sur Avukat Aquilina. Naqilbu l-onoru tal-prova rasu ‘l isfel u flok ħaddieħor jipprova li sar il-ħażin, jien irrid nipprova li jien innoċenti.
Tajjeb ħafna hekk, Sur Avukat Aquilina. Naqtgħu għad-dritt u naqtgħu l-kantunieri u addijo salvagwardji u addijo prinċipji li jħarsu d-drittijiet ta’ dak li jkun.
Din m’hi xejn ħlief persekuzzjoni politika minn klikka ta’ estremisti fi ħdan il-Partit Nazzjonista li mhux vera jemmnu fir-rule of Law imma jemmnu biss fid-dritt li huma jemmnu li għandhom li jkissru u jfarrku lil min ma huwiex midħla tagħhom.
Illum din il-klikka għandha fil-mira l-Eżekuttiv tal-pajjiż. Għada jistgħu jkunu fil-mira l-businesses jew djar tal-aħbarijiet jew anke membri oħra tal-Partit Nazzjonalista li mhux tal-klikka tagħhom.
Sadanittant għadni nistenna x’passi se jittieħdu wara li għal darba darbtejn konklużjonijiet ta’ inkjesti Magisterjali spiċċaw f’idejn nies li mhux suppost spiċċaw f’idejhom u ġew imperrca mal-erbat irjieħ meta dan hu ċarament kontra l-liġi.
Nemmnu fir-rule of law jew le?
2 Comments
Hi Neville,
Nispera li tinsab tajjeb.
Qieghed nibatlek ghax insegwi l-kitba tieghek u niehu interess ninforma ruhhi b’opinjonijiet u perspettivi differenti fuq grajjiet kurrenti u dawk tal-passat.
Ma hemm l-ebda dubju l-inti infurmat u konxju ta’ x’inhu ghaddej fuq certu nies ghal snin u minn xiex ghaddew certu nies biex b’disprament jigu kategorizzati u interpretati kif jixtiequ certu ndividwi abbazi ta’ gideb mibni fuq gideb iehor u fabrikazzjoni shiha biex twassal ghal drittijiet mehuda u hafna forom ta’ abbuz iehor motivati u fondati fuq ghijra u vendikazzjoniet personality.
Il-mod u manjiera kif qeghdin jigu trattati certu ‘individwi’ mhux se tintrebah fiducja taghhom. Min joqghod gallarija fuq maltrattament ta’ individwu u familja minghajr ma jiehu azzjoni konkreta biex jipprotegi d-dinjita taghha minn vedikazzjonijiet diversi fostom ikowordinati.
Sal gurnata tal-lum l-ispekulaturi, l-opinjonisti, l-‘pseudoesperti’ spekulaw bizzejjed fuq hajjiet haddiehor, kull ma jonqos li tigi onorata l-verita u l-fatti.
Min jixtieq jivverifika xi haga fuq xi cittadin jista’ jaghmlu b’mod ccivilizzat, xjentifiku u skond il-kostituzzjoni meta jrid u fejn irid mhux b’perverzizmu u selettiv.
Il-kredibilita tintrebah bl-irgulija, bil-fatti u bil-kelma hafna aktar minn diskorsi u messaggi indiretti li jsiru minn certu individwi li jatu hjiel u jew impressjoni li jinteresshom minn dak li hu gust u verita.
Insellimlek u grazzi tal-hin tieghek.
Michael Portelli
Grazzi ħafna veru apprezzajt il messaġġ tiegħek.