F’dawn l-aħħar ġimgħat, dan is-sit beda jara eżattament min hu Peter Fenech. Għaldaqstant, qiegħed f’ pożizzjoni li jibda jagħmel xi mistoqsijiet lill-avukat Nazzjonalista Peter Fenech.

Peter Fenech
Dottor Peter Fenech,
F’ dawn l-aħħar ġimgħat kelli l-opportunità nitkellem ma ħafna kollegi tiegħek mill-qasam legali.
Illum se nibda nagħmillek xi mistoqsijiet:
Tista’ tgħidilna x’kien l-involviment tiegħek mal-Eks Ministru Louis Galea, il-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta’ Għada u l-Inkjesta Magisterjali?
X’kien l-involviment tiegħek fil-proġett ta’ Gvern Nazzjonalista ta’ €95 miljun li huwa l-famuż Parlament ġdid?
Lil min kont tirrappreżenta?
Qed nagħtik 24 siegħa sabiex tispjega l-pożizzjoni tiegħek dwar dawn il-punti fosthom il-proġett imsemmi hawn fuq li sewa €95 miljun mit-taxxi tal-poplu Malti u li kellu jiġi onorat minn Gvern Laburista.
Ninfurmak bil-quddiem li dawn il-mistoqsijiet se jkunu qed jintbagħtu lill-Kamra tal-Avukati kif ukoll lill-Kummissjoni Għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.