Ftit tal-ħin ilu ssottomettejt ilment għand il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fejn tlabt sabiex jiġi nvestigat l-Onorevoli Adrian Delia. Dan hekk kif ħareġ ċar li b’mod sfaċċat I-Onorevoli Delia qiegħed juża, jew saħansitra jabbuża, iI-pożizzjoni Parlamentari tiegħu b’konflitt ta’ interess qawwi personali.

Allegatament Adrian Delia qiegħed juża, jew saħansitra jabbuża, iI-pożizzjoni Parlamentari tiegħu b’konflitt ta’ interess qawwi personali
Dan jirriżulta mit-tweġiba għal numru ta’ mistoqsijiet parlamentari li ssottometta dwar każ fejn huwa rappreżentant legali ta’ kumpanija li qegħda toġġezzjona fuq tender għal xogħlijiet bejn l-Enemalta u kumpanija privata quddiem il-Public Contracts Review Board. Punt li sal-ġurnata tal-lum I-Onorevoli Delia għadu ma ċaħadx.
Każ ċar fejn Adrian Delia qiegħed ipoġġi l-interessi tal-klienti tiegħu l-ewwel, bi ksur tal-kodiċi tal-Etika tal-Membri Parlamentari.
Dokument Mehmuż 👇
Ilment re. Adrian Delia u dokumentazzjoni – PQs