Caruana Galizia qed jitolbu €2 miljun kumpens

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Caruana Galizia qed jitolbu €2 miljun kumpens

Nies mill-kamp legali li tkellmu ma dan is-sit spjegaw kif il-familja Caruana Galizia qed jitolbu kumpens ta €2 miljun.

 

Kif jinħadem il-kumpens?

 

Il-kumpens jinħadem fuq formula stabilita u jiġi kkalkulat fuq il-qliegħ dikjarat mill-persuna qabel tkun mietet.

 

Wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li Daphne Caruana Galizia kellha problemi mad-Dipartiment tat-Taxxa.

 

 

Għaldaqstant dan is-sit jistaqsi;

 

Kemm kien il-qliegħ annwali li kienet iddikjarat mad-Dipartiment?

 

L-ammont ta’ qliegħ dikjarat fil-Qorti jaqbel ma dak iddikjarat mad-Dipartiment tat-Taxxa?

 

Il-poplu għandu dritt ikun jaf jekk iż-żewġ dikjarazzjonijiet jaqblux.

 

Jekk le, allura hemm sitwazzjoni fejn waħda minnhom hi falza.

 

 

Hemm suspetti kbar li mad-Dipartiment tat-Taxxa, il-familja Caruana Galizia ddikjarat ftit qliegħ, mentri fil-kawża tad-danni ħafna qliegħ. Dan sabiex jieħdu kumpens ogħli.

 

Dan is-sit qed jistenna tweġibiet. Il-poplu għandu dritt ikun jaf x’inhu għaddej.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *