It-titjirit swew €125,000. L-ispiża fuq il-lukandi tammonta għal €47,000. Ingħataw €38,000 f’allowances personali waqt li t-testijiet tal-Covid swew €5,000. Intefqu kważi €2,400 f’taxis u €286 oħra f’affarijiet relatati ma’ laptop.
F’dawk li huma spejjeż f’lukandi, fi tlett okkażjonijiet differenti f’Lulju, f’Settembru u f’Ottubru 2021, l-esperti tellgħu spejjeż ta’ €9,900, €37,000 u €9,240 rispettivament.
L-invoices ippreżentati sa issa jkopru s-snin 2001, 2022, 2023 u s-sena l-ohra. Il-hlasijiet kollha lill-esperti kienu approvati mill-Magistrata Gabriella Vella. Fil-jiem li ghaddew fil-Qorti l-kontrollur finanzjarju tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti Bernice Bugeja xehdet li hija ghamlet il-pagamenti u ma dahlitx fil-mertu tax-xogħol ghaliex dan sar ghall-Magistrata Vella. Mistoqsija jekk iqumux dubji meta tara li espert qed jitħallas sommom esaġerata, Bugeja wiegbet illi dak mhux kompitu taghha.
Mitluba tghid jekk hemmx xi awtorità li tanalizza l-pagamenti li jitolbu l-esperti u tiddetermina jekk humiex esaġerati, Bugeja qalet li ma tafx li tezisti xi awtorità bħal din. Ghal iktar mistoqsijiet qalet illi ma hemmx capping dwar spejjez li jsiru mill-esperti fuq lukandi.