One News permezz tal-brava Shanaya Farrugia irraporta kif id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri inqabad bin-noti miktubin fuq waħda mill-pali ta’ idejh waqt li kien qed jiddibatti mas-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.
Dan kollu juri l-inferjorità psikoloġika li għaddejjin minnu l-esponenti Nazzjonalisti. Saħansitra jmorru jiddibattu inċerti minnhom infushom.
Dawn huma Deputati li qed jaspiraw li jkunu Ministri. Jitwerwru waqt dibattitu politiku, aħseb u ara jekk isibu ruħhom fit-tmun tal-pajjiż.