Minn Politiku Fallut Għall-Ambaxxatur (2)

Neville Gafa

~ 1 month ago

Minn Politiku Fallut Għall-Ambaxxatur (2)

Ftit tax-xhur ilu, l-avukat Joe Sammut mar jeqred għand Robert Abela sabiex jagħtih impjieg. Robert Abela ħenn għalih u taha direzzjoni biex jingħata kariga. Wara ftit taż-żmien żmien, eżattament nhar il- 11 ta’ Ġunju 2024, Joe Sammut inħatar Ambaxxatur Malti fit-Tuneżija. Għalkemm mhux xi pajjiż kbir, bħal pajjiżi oħra għandu l-karatteristiċi tiegħu.

 

Mela ftit tal-jiem ilu, xi Maltin li kienu fuq żjara Tuneż marru jieklu f’restaurant. Fuq mejda faċċata tagħhom innutaw li kien hemm l- Ambaxxatur Malti għat-Tuneżija jiekol flimkien ma persuna oħra.

 

Sa hemm kollox sew. Però kif beda dieħel il-ħin, u l- Ambaxxatur xorob l-inbid u qaleb fuq l-irqieq, dawn il-Maltin qalulna li l- Eċċellenza Tiegħu Joe Sammut għolla leħnu u bdew jisimgħu kelma b’kelma dak li beda jgħid, bil-persuna li kienet qed tiekol miegħu tisma’ mingħajr ma tlissen kelma.

 

 

Dan li laħaq Ambaxxatur bis-saħħa ta’ Robert Abela infexx f’attakk fuq il-Partit Laburista u  l-Gvern Laburista.

 

Iżda dan ma kienx biżżejjed. Tkunu tafu fl-artiklu li jmiss.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *