Dan il-pajjiz ma jridx jerġa’ jsib ruħu fis-sitwazzjoni meta Daphne Caruana Galizia kienet titterrorizza pajjiż bil-kitbiet tagħha minħabba liġijiet tal-libelli ridikoli.

Daphne Caruana Galizia
Il-Gvern Laburista qed jinduna li hemm bżonn jipproteġi liċ-ċittadini minn ġurnalisti abbużivi billi jgħolli l-libelli.
Il-PN huwa kontra. Għal PN, il-ġurnalisti huma allat li ħadd ma jista’ għalihom u li qatt ma jiżbaljaw. Skont il- fantażma ta’ Daphne li għadu jmexxihom.
Is-settur ġurnalistiku f’Malta llum huwa “free for all” liġi tal-ġungla. Din mhux libertà tal-espressjoni iżda liġi tal-ġungla.
Il-Gvern Laburista irid li l-ġurnalisti jkunu protetti però li anke ċ-ċittadini jkunu protetti min ġurnalisti li jabbużaw.
Il-ġurnalisti għandhom ikunu stmati daqs kulħadd, la iktar, la inqas. U min minnhom jabbuża irid iħallas.