Messaġġ lill-Puppatur eks-Imħallef Joe Zammit McKeon

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Messaġġ lill-Puppatur eks-Imħallef Joe Zammit McKeon

Sur Puppatur eks-Imħallef Joe Zammit McKeon,

 

Li inti persuna apertament Nazzjonalista huwa fatt u kulħadd jafu.

 

Meta kont avukat, u qabel ilħaqt Imħallef, kont titkellem apertament fuq kemm inti Nazzjonalist.

 

Ta’ Puppatur li inti, wara li lħaqt Imħallef rajt kif sirt President tal-Għaqda tal-ġudikanti fejn kont stinkajt kemm flaħt biex l-Imħallfin u l-Maġistrati jieħdu żieda sostanzjali u li tixiqrilhom.

 

Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat ta lill-ġudikatura l-aqwa pagi sa dak iż-żmien .

 

U kien Gvern Laburista taħt dak iż-żmien Joseph Muscat li ta lill-ġudikatura l-aqwa pagi sa dak iż-żmien u inti tafu għax inti kont li nnegozzjajt mal-Gvern ta’ Muscat.

 

Pero’ dan ma kienx biżżejjed. Għax inti Puppatur pretendejt li bi dritt tilħaq Prim Imħallef wara l-irtirar ta’ Silvio Camilleri u tgħidx kemm kont ħadtha bi kbira meta l-Ministru tal-Ġustizzja ta’ dak iż-żmien Owen Bonnici ħass li l-aħjar għażla u bir-raġun kien l-Imħallef Joe Azzopardi.

 

L- Eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi

 

Tgħid mhux se tqabbel bniedem umli u kolt bħall-Imħallef Joe Azzopardi (li kien laħaq fil-ġudikatura taħt Gvern Nazzjonalista) ma’ Puppatur bħalek?

 

Imbagħad sibt ix-xoqqa f’moxtha biex tpattiha lill- Ministru Owen Bonnici meta Alla jista kollox ġiet quddiemek il-kawża tal-monument tal-Assedju l-Kbir u l-posters ta’ Daphne Caruana Galizia.

 

U frott il-vendetta li kellek biex tpattiha lil Owen Bonnici talli m’għamlekx Prim Imħallef għamilt kapulavur ta’ froġa ta’ sentenza bil-għan li ġġiegħel lil Owen Bonnici jirriżenja.

 

Ghax il-Puppatur ex-Imħallef ma kienx kuntent jaqta’ l-kawża naħa jew oħra, mela s-sentenza b’hafna kummenti vojta u stupidi biex min għalih ipinġi lil Owen Bonnici bħala xi ħadd li kien mimli animu ħażin.

 

U per konsegwenza tal-froġa ta’ sentenza tal-Puppatur ex Imħallef Joe Zammit McKeon, il-monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir ma baqax nazzjonali imma ġie tal-ftit.

 

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir

 

Il-monument tal-Assedju l-Kbir m’għadux il-monument tal-Vittorja imma ġie l-monument ta’ Daphne.

 

Il-monument ta’ Antonio Sciortino, wieħed mill-aqwa skulturi tagħna ta’ kull żmien, ġie stuprat għax il-Puppatur ried ipattiha lil Owen talli ma għamlux Prim Imħallef.

 

Kemm qegħdin sew!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Eddy Privitera February 4, 2025

    Neville, ghadni kif sirt naf minn persuna li kien prezenti fil-Qorti, li darba meta kien Imhallef, kien deher avukat bi klijent quddiemu. U dan l-avukat kien liebes ingravata hamra. L-ex-Imhallef McKeoon gieghel lil avukat imur ibiddel l-ingravata u qallu : “FL-AWLA TIEGHI DAK IL-KULUR MA JIDHILX “!!!

    Reply
  2. Frank Duca February 5, 2025

    Il-puppatur ukoll mela l-inkjesta ta Sofia b’hafna vujtagni u paroli fil-vojt jew suppozizjonijiet bhal li l-industrija ta l-ghmara ma tezistiex fil-pajjiz.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *