Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Unesco għall-Antidoping Fost Suġġetti Diskussa

Neville Gafa

~ 1 month ago

Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Unesco għall-Antidoping Fost Suġġetti Diskussa

Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal- Unesco  għall-Antidoping kienet fost diversi temi li ġew diskussi bejn il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS Jean Claude Micallef u l-Ambaxxatur Malti għall-UNESCO, l-ET Mons. Joe Vella Gauci.

L-ET Vella Gauci tenna l-appoġġ tal-Uffiċju tiegħu lill-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti biex pajjiżna jkompli jikseb isem f’settur li tant jista’ jitwettaq ġid minnu.

 

 

Il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS aċċenna għal numru ta’ sport li għandu jkun ikkunsidrat għall-lista ta’ wirt intanġibbli waqt li esprima x-xewqa tiegħu biex isiru numru t’avvenimenti kulturali li jinsġu’ t-temi t’integrità sportiva mal-kultura tagħna bil-għan li titkabbar kuxjenza fost il-komunitajiet.

 

Jean Claude Micallef ta dettalji wkoll tal-programm strutturat ta’ kif se jniedi l-proċess lejn Pjattaforma Nazzjonali għal Antidoping.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *