Din il-ġimgħa għaddej il-eurosong festival u għada nistennew il-finali. Nammetti li ma tantx jien xi dilettant ta’ dan il-festival. Wara l-froġa li għamel is-sena l-oħra l-PBS meta tella’ dal-festival bla udjenza minn ġo studio fi G’Mangia, dis-sena l-PBS mar lura l-MFCC f’Ta’ Qali.
Minkejja li minn dak li rajna si’ssa kien hemm titjib fil-festival minn tas-sena l-oħra, anke għax irritornat lura l-udjenza u stage sura ta’ nies, milli rajt u minn dak li qaluli xi nies fl-industrija tas-show business f’Malta, il-eurosong festival ta’ dis-sena ma tantx qanqal interess.
Qaluli wkoll li ma setgħux jifhmu kif għall-iscript ta’ x’ jgħidu u x’ jagħmlu l-preżentatur, tqabbad Peppi Azzopardi u l-arċi nazzjonalist preżentatur skreditat Peter Busuttil. Min qalli ra lil dawn iż-żewġ puppaturi nazzjonalisti jidderieġu lill-preżentatur fis-sala waqt ir-rehearsals kif jidher minn dawn iż-żewġ ritratti.
Possibbli ma hawn ħadd aħjar minn Peppi Azzopardi? Meta dan Peppi kuljum għaddej iwassal dwejjaq u n-negattivita’ kontra l-Gvern Laburista, u ġej u sejjer jieħu sew fi programmi politiċi fuq l-istazzjon tal-PN?
Il-Gvern kuntent l-għażla ta’ Peppi Azzopardi li xeba’ jikteb u jgħid ma kulħadd li Robert Abela keċċieh mill-PBS? Ta’ min kienet id-deċiżjoni li Peppi Azzopardi jingħata kuntratt biex jagħmel dan ix-xogħol għall–eurosong festival ta’ din is-sena?
2 Comments
possibli ma sabux minn flok dawn it tnejn? mur gib FI zmienhom kemm.kienu jaghzlu lil.taghna.
Prosit Gafa. Veru ta liskantament il-control tal-gvern fuq certi istitutzjoniet li jaqsw tahtu.