Jeremy Harbinson huwa wieħed minn numru ta’ esperti forensiċi. Mhux hekk biss, iżda huwa l-espert prinċipali u li kollox idur miegħu. Esperti forensiċi mqabbda mill-Maġistrat Gabriella Vella fl-Inkjesta relatati mal-bejgħ tal- isptarijiet.
Peter Fenech huwa l-avukat ta’ Jeremy Harbinson, l-espert prinċipali li wara li tħallas 11- il miljun Ewro ma jridx jiġi Malta biex jagħti kont ta’ għemilu. Bl-ardir kollu lmenta għaliex ġie mħarrek 11- il darba.
Dwar dan ser nisimgħu ħafna fil-jiem li ġejjin.
Kien l-Avukat Peter Fenech li iffirma r-Rikors ta’ Jeremy Harbinson biex ma jigix jixhed quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’ Malta suppost għaliex kellu l-mara ma tiflaħx, li jekk huwa hekk il-każ nixtiequlha fejqan ta’ malajr.
L-istess Peter Fenech imexxi l-Kamra tal-Avukati, liema Kamra ħarġet stqarrija partigjana tikkritika lill-Gvern dwar ir-Riforma tal-Inkjesti Maġisterjali.
Peter Fenech, il-President tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN, qed jikrtika l-gvern li ma kkonsultax. Illum xi avukati qalulu “kif ma tistħix tgħid hekk meta kont int l-ewwel wieħed li ma kkonsultajtx maghna”, b’referenza għal din l-istqarrija inkwinata bil-partiġjaniżmu.
X’inhu l-interess ta’ Peter Fenech f’dan kollu?
Ma jarax li għandu konflitt ta’ interess meta qed jirrappreżenta wkoll lill-esperti forensiċi fosthom Jeremy Harbinson?
2 Comments
sur Gafa tajjeb li tindaga fiex waslet l allegat storja ta bien l eks kummisarju Rizzo u Hu l magistrata Elaine Rizzo. ghandom habta jinhbew taht it tapit stejjer ta certu individwi. appell lil Ministru Byron Camilleri pls take action.
“Ma jarax li ghandu conflitt ta-interess” Fabrika tal-hazen, Qarnita sahta ta Malta bhafna swaba imqabdin law u lin. Issa kulhadd beda jinduna li il-moh wara stejjer ta-hdura fuq ix-shift kien Ivan the great, li kompla fejn halla min fuq it-t.o.m. Sa-dan-it-tant, qed jidefendu lil jasin li mar jigri ghand il-magistrat b’dak li kieteb ivan the great minajr ma ifirmah u imxandar fix-shift. Inutaw is swaba tal qarnita kemm umha mifruxin. min tat-t.o.m ghall tax-shift, ghall ghand jasin u min emm ghall ghand ta ladvokats.