Dr. Joseph Muscat : X’ ġara minn Ottubru lil hawn?

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Dr. Joseph Muscat : X’ ġara minn Ottubru lil hawn?

Hekk kif il-Partit Laburista ma kellux jaqta’ rasu bid-distakk ta’ 12,000 vot, hekk ukoll ma jistax jimliha għax dan id-distakk żdied għal 16,000.

 

Il-verita’ hija iżda li l-Partit Laburista reġà żied filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa’ fejn kien.

 

F’ termini ta’ statistika hemm bżonn jgħaddi aktar żmien biex wieħed jikkonkludi jekk dan hux bidu ta’ trend favur il-PL.

 

Ironikament, bit-tnedija ta’ ħafna partiti żgħar li ppożizzjonaw ruħhom kontra l-Gvern, dawn tilfu voti lejn l-istess Gvern.

 

 

X’ ġara minn Ottubru lil hawn?

 

Il-Gvern jinsab aktar iffukat fuq il-ħidma tiegħu u l-effetti tal-budget bdew jinħassu.

 

Il-Prim Ministru u l-PL bdew eżerċizzju li ukoll jinħass fejn qed jersqu lejn Laburisti li huma diżillużi.  Fadal ħafna x’ isir iżda hawn ukoll l-effett beda jinħass.

 

Il-PN reġà beda jiżfen id-diska tal-fazzjoni estrema tiegħu.

 

Simon Busuttil


Rega’ tfaċċa Simon Busuttil.  Kif jarawh, in-nies jimxu lejn il-PL.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Joe Cassar February 9, 2025

    Erba sillabi min Dr Joseph Muscat u Il kastell yet ramel li bnew ir Repubblika / establishment / pn , jkompli bil mod Il mod jiggarraf

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *