Minn Korrispondent – Birżebbuġa
Kien l-10 ta’ Frar 1999. Malta fakkret il-festa tal-Qaddis Patrun Tagħha San Pawl. F’din il-ġurnata, l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Ġużeppi Mercieca għamel apologija pubblika għall-iżbalji li wettqet il-Knisja ta’ Malta fi żmien il-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-Snin Sittin.
Wieħed jistaqsi, Illum, 26 sena wara, xi nbidel minn dakinhar ‘l hawn?
Kif qed naraw u nisimgħu ċerti qassisin għadhom ma jniżżlux lill-Partit u l-Gvern Laburista u dak kollu li jwettaq.
Propju ftit jiem qabel il-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, l-Arċipriet David Cilia u l-Viċi David Torpiano infexxu f’attakki b’sentimenti partiġġjani li jxaqilbu favur il-Partit Nazzjonalista.

Ritratt One News
Saħansitra Dun David Torpiano qal li “f’pajjiż korrott, wieħed ma jistenniex deċiżjonijiet ġusti”. Dan wara li tender għar-restawr tal-faċċata tal-knisja ta’ San Pawl fil-Belt twaqqaf minħabba suspetti ta’ konflitt ta’ interess minn membru tal-bord tal-aġġudikazzjoni.
Sadanittant,dalgħodu waqt il-quddiesa pontifikali f’jum il-festa tan-nawfraġju tal-appostlu missierna San Pawl, fuq il-lemin u x-xellug tal-Arċisqof kien hemmi l-Viċi David Torpiano u l-Arċipriet David Cilia!
Jidher li l-Knisja f’Malta fadlilha ħafna x’tirranġa jekk xi darba trid tkun kredibbli.