Beppe Fenech Adami għandu jirringrazzja lill- Gvern Laburista li qatt ma fetaħlu Inkjesti Maġisterjali

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Beppe Fenech Adami għandu jirringrazzja lill- Gvern Laburista li qatt ma fetaħlu Inkjesti Maġisterjali

Waqt il-ħin tal- Mistoqsijiet Parlamentari, l- Onor. Beppe Fenech Adami akkuża lill-Gvern li qed jagħmel attakk fuq il-Ġudikatura għax jibża li tagħmel xogħolha.

 

Mela ejja nfakkru min hu Beppe Fenech Adami.

 

Meta bdiet toqrob l-elezzjoni tal-2008, li Lawrence Gonzi kien rebaħ b’ nofs Siġġu Parlamentari, kien hemm pressjoni fuq għadd ta’ kuntratturi biex jagħtu l-flus lill-PN. Dan wara li kien ġie żvelat li l-Partit kien fallut.

 

Fost dawk li kienu taħt pressjoni qawwija kien hemm ic-Ċaqnu, li allegatament il-PN ried il-flus mingħandu akkost ta’ kollox, bil-wegħda li jiksbulu l-permessi għall-kumpless tiegħu f’Ta Kandja.

 

Il-permessi qatt ma ġew mingħand il-Planning, dejjem bl-iskużi li nqala’ xi ħaġa, iżda l-PN baqa’ jimpala l-flus mingħandu.

 

Beppe Fenech Adami kien ukoll Assistent Parlamentari għall-Intern, prattikament Ministru tal-Intern, wara r-riżenja ta’ Carm Mifsud Bonnici. Dan wara li f’Mejju 2012 spiċċa sfiduċjat b’mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni Laburista.

 

Eddie u Beppe Fenech Adami. Skont iz-zokk il-fergħa.

 

Ikun aħjar għal Beppe Fenech Adami jirringrazzja lill l- Gvern Laburista li sa issa ma nfetħet ebda Inkjesta Maġisterjali fil-konfront tiegħu, għax lanqas il- papà ma kien jaqilgħu minnhom.

 

Segwu l-filmat 👇

 

https://nevillegafa.com/wp-content/uploads/2025/02/7977c89e-93f9-4656-9713-1230170d5f8a.mov

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *