Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Il-Qorti taġġorna għas- 27 ta’ Frar 2025

 

Aktar qabel;

 

Id-difiża fid dawl tal-iżviluppi ġodda qed tirriserva li tikkontesta l-ammissibbiltà tal imsemmi espert f’dawn il-proċeduri u dan fid-dawl tal- fatt illi l-prosekuzzjoni qedgha tistrieħ fuq konklużjonijiet tiegħu sabiex tissostanzja it-talba tagħha ta ordni ta iffriżar fil-konfront tal-akkużati inkluż l-ammonti hemmhekk indikati.

 

Illi wara jiġi ppreżentat l-affidavit oriġinali tiegħu ta Jeremy Harbinson tressaq mistoqsijiet li tħoss huma pertinenti fil-kontro eżami u dan fid-dawl ta dak li jkopri l-artiklu 622A tal- kodiċi tal-proċedura ċivili għall-proċeduri penali bis saħħa tal- artiklu 520 tal- kodiċi kriminali

 

Aktar qabel

Il-qorti laqgħet it-talba tad-difiża u ordnat li kopja tal- Affidavit jintbagħat permezz tal- avukati li jirrappreżentaw lil dan l-espert, liema Affidavit mhux l- oriġinal tiegħu iżda huwa biss koppja. Il- qorti tordna lil Jeremy Harbinson sabiex jippreżenta il-koppja oriġinali tal- Affidavit tiegħu.

 

Tiġbed l-attenzjoni tal- imsemmi espert illi l- proċeduri f’dawn il-qrati huma regolati mill-liġi Maltija mhux dik tar-Renju Unit. Billi l-espert kien maħtur f Malta jew mill-Maġistrat inkwirenti f’Malta huwa jrid joqgħod għal dak li kien maħsub fil liġi ta Malta.

 

Tiġbed l-attenzjoni tal-espert illi r-rapport imħejji minnu u l-esperti l-oħra jifforma parti mill provi llum u allura skont l-istess liġi Maltija huwa jista’ jissejjaħ bħala xhud sabiex jikkonferma ir-rapport tiegħu ukoll sabiex jissottoponi ruħu għal kontro eżami tad-difiża li bil liġi mhux biss dik Maltija iżda Ewropea u Internazzjonali huwa dritt tal-akkużat li jikkontrolla ix-xhieda li tressaq il-prosekuzzjoni.

 

Tigbet l-attenzjoni tal-espert ukoll kif diġà ġie mgħarraf lilu b’korrispondenza li saret bejn id-deputat reġistratur tal-qorti u l-avukati tiegħu li kull notifika uffiċċjali li ssir mill-qorti ma tistax issir mill-avukati tiegħu iżda ssir lilu direttament u dan kif previst fil liġi Maltija. Il-partijiet qed jawtorizzaw lill-qorti tagħmel traduzzjoni ta’dan id-digriet mill-lingwa Maltija għal dik Ingliża sabiex l-istess digriet jiġi notifikat uffiċjalment ix-xhud Jeremy Harbinson.

 

Aktar qabel;

 

Illum kellha tinstema x-xhieda ta’ Miroslava Milenovic iżda d-difiża qed tinsisti li dan m’għandux isir qabel ma jinstema’ Jeremy Harbinson.

 

 

Aktar qabel;

 

Id-difiża qed tiddibatti dwar l-affidavit tal- espert ewlieni Jeremy Harbinson li sal-lum qed jaħrab milli jixhed fil-Qrati Maltin kif ukoll permezz ta’ xhieda online.

 

 

Aktar qabel;

 

 

Tkompli tinstema l-kawża tal- bejgħ tal-Isptarijiet quddiem l- Imħallef Edwina Grima

 

Edwina Grima

 

 

Infakkru li f’Affidavit li għadu kemm ġie ippreżenta f’isem Jeremy Harbinson, bl-aktar mod sfaċċat iddikjara li m’għandu l-ebda obbligu kuntrattwali jew morali biex jiġi jipparteċipa fiżikament jew b’mezzi elettroniċi fil-proċeduri li għaddejjin bħalissa relatati mal-bejgħ tal-isptarijiet.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Etienne Sultana February 12, 2025

    farsa shiha fejn Il magistrat inkwerenti ghandha tkun fic centru ta kollox Anke Tal has Lura FL ammont inter kollu tieghu cioe €11m ewro jithallsu Lura minn butha w mhux mill fondi Tal qorti stess . dawk flusna li gew misapproprjati sfacatament . anzi aktar minn hekk l istess magistrat ghandu jitnezza kompletament minn kull dekor zejjed u titnehha minn hemm . cara l affari . din ghandha terfa r responsabbilta shiha w kollha Tal kjass shih u destabilizazzjoni shiha li hi qajjmet apposta . Ara kif tghamlu w lehhquha mhallef bhall ma Hu msemmi ! u mhux hekk nibqghu

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *