Fuq il-mezzi soċjali, l-Onor. Alex Borg qal li Robert Abela u sħabu issa waslu biex jattakkaw anke l-FAMILJI ta’ min jikkritikahom. Dan b’referenza għal Mistoqsija Parlamentari relatata ma ommu.
Tajjeb li ngħidu li Dr. Mary Debono Borg, omm Mr. Red Carpet, hija Direttur illi tamministra l-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex. Is-Sinjura Mary Debono Borg ilha taħdem il-Qorti ta’ Għawdex mill-2004.
Il-Partit Laburista rebaħ il-Gvern fl-2013 u għadu fil-Gvern. Is-Sinjura Mary Debono Borg kienet u għada sal-jum mqaddes tal-lum taħdem fil-Qorti ta’ Għawdex.
Tinsewx ħbieb, dan kollu taħt Gvern Laburista. Għax mal-Labour tista’ taħdem.

Qorti ta’ Għawdex
Mela Sur Alex Borg, Robert Abela u sħabu ma wieġbux, però jien se nwieġbek, anzi biex inkun korrett se nistaqsik xi mistoqsijiet. Mistoqsijiet li ilni żmien inżomm fil-komma. Għax jekk mingħalik l-Għawdxin jitkellmu miegħek biss, allura sejjer żbaljat bil-kbir.
Alex Borg, huwa minnu li ommok qed tara l- kostitwenti tiegħek fuq il-post tax-xogħol tagħha?
Huwa minnu li ommok is-Sinjura Mary Debono Borg tara n-nies tiegħek mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex?
Dawn huma żewġ mistoqsijiet li għandek tgħaġġel twieġeb, għax ġejjin aktar għalik.
U bil-ħaqq, min qalli nagħmel dawn il-mistoqsijiet ġej mill-kamp Nazzjonalista. Persuna involuta daqshekk fil-Partit Nazzjonalista ġewwa Għawdex. Issa oqgħod aħseb min jista’ jkun hi din il-persuna.
Mhux kull min jgħanqek jixtieqlek il-ġid. Awguri Onorevoli.