L-isem ta’ Ivan Camilleri ilhu assenti għal tul ta’ żmien wara li kellu numru ta’ każijiet il-Qorti.
Irrispettivament mir-riżultat tal-kawża, nafu min hu Ivan Camilleri. Nafu li għalih, kull min għandhu x’jaqsam mal-Labour jew hu Laburist, huwa ta’ klassi inqas minn tiegħu.
Tajjeb infakkru l-atteġġjament ta’ Camilleri, fejn f’mumenti kien anke uża l-aggressivita’ fiżika sabiex jipprova jieħu li jrid. Illum, l-istess Camilleri inqabad bħala Ghost Writer ma’ The Shift, il-paladini tar-rule of law, u dan ġie iddikkjarat pubblikament.
Iżda ħaġa tal-iskantament kif ismu qatt ma deher fuq il-portal. Bħal donnu jew The Shift ma jriduħx juri wiċċu minħabba l-passat diżgrazzjat li għandu bħala ġurnalist, jew inkella irid jinħeba filwaqt li jkompli jivvomta kontra l-Labour.
The Shift magħrufa mad-dipartimenti tal-kommunikazzjoni tal-Gvern li tpoġġi numru ta’ mistoqsijiet taħt il-Liġi tal-Freedom of Information, propju l-istess tattika li kien jieħu bosta drabi meta kien ġurnalist tat-Times. Bosta dipartimenti tal-Gvern qegħdin jerċievu l-istess tip ta’ rikjesti, imma mhux iffirmati minn ġurnalist partikolari.
Haġa waħda żgura – The Shift m’huma xejn ħlief il-porta voce tal-għaqda Repubblika mmexxija minn Nutar tal-Knisja, l-istess għaqda li tikkritika l-Gvern iżda tonqos milli tattakka nies bħal Karol Aquilina għad-diskors li għamel fil-Parlament taħt il-privileġġ Parlamentari. L-istess The Shift u r-Repubblika ma semmiet xejn dwar l-oxxenitajiet ta’ Harbinson u ta’ Samuel Sittlington fil-Qorti.
Bl-inklużjoni ta’ nies bħal Ivan Camilleri li nerġa ngħid, jistħi juri ismu għax ma jemmnu ħadd, The Shift komplew jaqgħu fil-ħama sabiex jivvomtaw il-mibgħeda kontra kull min ma jtihulhomx sħun.
Grazzi tali qed tkomplu tikkonfermaw x’tip ta’ nies inthom u x’inhi l-verita’ wara l-intenzjonijiet tagħkom.
1 Comment
The Shi(f)t News articles penned by Ivan Camilleri should be signed as “The disgraced ex-Times of Malta journalist Ivan Camilleri”
TSN habitually uses this phraseology when referring to Joseph Muscat and others. They should be consistent and have IC’s articles thus signed.
Not holding my breath, but i take solace from the certainty that they will be reading this clever quip of mine.