Harbinson jattakka lill-Maġistrata Gabriella Vella

Neville Gafa

~ 6 days ago

Harbinson jattakka lill-Maġistrata Gabriella Vella

Ikisser il-kredibilità tas-Serba Milenovic

 

Minbarra li qal li ma jridx jiġi Malta qatt aktar wara li tħallas €11-il miljun, Jeremy Harbinson, il-bniedem li fi kliemu kkordina x-xogħol kollu fuq l-inkjesta Vitals, attakka lill-Maġistrat Gabriella Vella u kisser għal kollox il-kredibiltà tal-“accountant” Serba, Miroslava Milenovic.

 

L-affidavit li Harbinson ppreżenta lill-Qorti kmieni din il-ġimgħa, qajjem rabja sħiħa għax wara li qal li ma jistax jiġi f’pajjiżna għax għandu l-mara (li hija wkoll direttur tal-kumpanija li tħallset €11-il miljun) marida, u wara li ma daħalx għal kollegament bl-internet, issa huwa qal li ma jista’ qatt jixhed għax m’għadx għandu warrant ta’ accountant u ma jħossux sigur li jiġi fil-pajjiż.  Saħansitra qal li kieku kelli jiġi kien ikollu bżonn jitħallas.

 

Jeremy Harbinson

 

Iżda kien hemm żewġ punti oħra aktar sottili li ma ħarbux għajnejn esperti legali. Qalulna li  l-ewwel nett, Harbinson farfar fuq il-Maġistrat Gabriella Vella u qal li r-rapport tiegħu ma kellu qatt jintuża biex jinħarġu akkużi kontra Joseph Muscat, Chris Fearne, Edward Scicluna u bosta nies oħra, u li dan sar mingħajr il-permess tiegħu.  Il-Maġistrat qagħdet għal kollox u biss fuq ir-rapport ta’ Harbinson u lanqas biss għamlet analiżi tagħha biex ħarġet l-akkużi. U dan il-punt jidher li irrita ħafna lill-Irlandiż Harbinson għax qed jibża’ li espona ruħu għal danni kbar.  Min-naħa tagħha, l-Avukat Ġenerali sempliċiment qabdet ir-rapport, li issa ħadd ma jrid imiss miegħu, u mxiet fuqu.

 

Gabriella Vella

 

Harbinson kien xolja l-kumpanija li rċeviet il-ħlasijiet mill-Gvern Malti b’sempliċi daqqa ta’ pinna mill-Maġistrat Vella, li waħedha nefqet daqs kemm jiswa lill-pajjiż biex jibni skola ġdida.

 

Jeremy Harbinson spara wkoll f’saqajn l-“accountant” Serba Miroslava Milenovic. Is-Serba tgħid li hi “forensic accountant” iżda qed tiġi investigata għax la hija accountant u wisq anqas forensika.

 

Miroslava Milenovic

 

Minn ċertifikati ppreżentati minn Milenovic fuq insistenza tal-avukati tad-difiża irriżulta li hi għandha biss kwalifika antika dwar is-sistema tal-accounts tal-eks Jugoslavja, li kienet ġabet fi ftit xhur u li llum ma tgħodd kwazi xejn internazzjonalment.  Fil-Qorti, is-Serba ammettiet ukoll li ma kelliex warrant ta’ accountant.

 

Fl-affidavit tiegħu Jeremy Harbinson qal li biex tkun “forensic accountant” u “espert tal-Qorti” jrid ikollok liċenzja jew warrant mingħand organizazzjoni professjonali (fil-każ tiegħu Chartered Accountants Ireland) u li mingħajrha wieħed ma jistax jagħmel dan ix-xogħol. B’sentenza waħda, Jeremy Harbinson kisser il-ftit kredibiltà li kien fadlilha is-Serba Milenovic.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. ZORU February 17, 2025

    Nkompli nzid ma dak miktub illi trid tkun imbeccili biex ikollok fiducja fil qorti. u Dan qed nghidu b’appell lil min hu kkoncernat sabiex il poplu li ghandu dritt ikun jaf fiex wasal il Kas ta tifel ta l ex kummisarju Rizzo u Hu l magistrata Elaine Rizzo ghax baqa kollox mistur. Sur kummisarju Gafa nistennew risposta. Thalliex li jintilef il fiducja fil korp ukoll issa. Ministru Byron Camilleri x’azzjoni ser tiehu?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *