Min għandu għal qalbu l-interess tas-soċjetà’?

Neville Gafa

~ 7 days ago

Min għandu għal qalbu l-interess tas-soċjetà’?

Kellu jkun dan il-portal li fl-aħħar xhur kixef l-ipokrezija tal-Arċisqof Charles Ġuda li filwaqt li jippriedka kemm hu ta’ importanza li dan il-ġens ikompli jipprokreja lilu nnifsu, fl-istess waqt ried li jeqred post ta’ formazzjoni Kattolika bi tradizzjoni qawwija fejn ulied dan l-istess ġens ikun jista’ jimraħ fit-twemmin tiegħu.

 

Villa Schinas

 

Inħossni kburi li b’mod umli izda b’saħħtu tajt kontribut biex f’dawn il-ġimgħat residenti Slimiżi ħarġu fil-beraħ dwar xi tfisser Villa Schinas għalihom f’tas-Sliema. Kien b’kumment qasir izda b’saħħtu ħafna li ġie mistqarr ‘ This is what Villa Schinas means for us !!’

 

Kull kumment ieħor min-naħa tiegħi hu zgur superfluwju meta wieħed jikkunsidra l-ġid kbir li qed jagħmel il-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Girgor il-Mons. Etienne Sciberras li kien kruċjali l-intervent tiegħu biex ma taqax il-mannara fuq sġazju ta’ play area fl-istess imkien biex tinbena b’appartamenti b’negozju oxxen min-naħa tal-Arċisqof Scicluna.

 

Mons. Etienne Sciberras f’Jannar 2024 meta Mons. Scicluna tah il-pussess ta’ Kappillan tal-Knisja Parrokkjlai ta’ San Girgor il-Kbir

 

Illum nistgħu nikkonfermaw li t-trattivi biex tali play area tispiċċa darba għal dejjem u tgħaddi f’idejn il-kumpannija Vassallo Builders tal-Mosta tmexxew minn Roberto Buontempo, impjegat bħala Property Manager tal-Kurja ta’ Malta filwaqt li għal Vassallo Builders Ltd. deher il-Perit Ruben Vassallo, it-tifel ta’ Nazzareno Vassallo nnifsu li b’kumbinazzjoni hi l-mara tiegħu Dama Glorianne Cardona Vassallo membru fl-istess Ordni tas-Santu Sepulkru li tagħha b’kumbinazzjoni wkoll l-istess Buontempo hu l-Logotenent tagħha.

 

Il-Logotenent tal-Ordni tas-Santu Sepulkru u Proporty Manager tal-Kurja Arċiveskovili Maltija Roberto Buontempo

 

Kif jgħidu bl-Ingliż li tant għallmuk tajjeb ġo St. Edward’s College Eċċell. Rev.ma Mons Scicluna ‘Come Clean Please’. Kull kumment ieħor jaf jitqies zejjed izda nħallu għall-qarejja biex jifhmu għaliex u kif bitħa li tant tagħti pjaċir liż-żagħżagħ u lill-adoloxxenti li ma kienx għall-intervent umli tagħna kienet ser tispiċċa meqruda darba għal dejjem.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. Jo Meli February 17, 2025

    Villa Schinas fejn kien jattendi l ghaziz Missieri, fis snin 20 tas Seklu li ghadda, Stella Maris College … dik ta qabel il binja li hemm il Gzira fit Triq San Bert.

    Joseph M. Meli, il Belt Valletta.

    Reply
  2. FXG February 17, 2025

    QED TARAW FEJN KELLU L HILA JWASSAL IL KNISJA L ISQOF SCHICLUNA. IL KREDIBILITA TAL KNISJA U TIEGHU WAQAHON FIT TIELET DIVIZJONI. MA NINSEWX META HAREG JIKKAMPANJA KONTRA L MAGGORANZA TAL POPLU FIR REFERENDUM TAL KACCA. U DAN GHAMLU BIEX MINGHALIH JIDHER AKBAR MINN JOSEPH. IMMA BHAL MA JGHIDU BEZAQ FIS SEMA U GIE F’WICCU U L ISTESS GRALU ISSA GHAX IS SEWWA JIRBAH DEJJEM.

    Reply
  3. Matthew Cassar February 20, 2025

    Kesahlu jidher dan Buontempo. Dan zgur korrott. Jissemma wkoll fil-Paradise Papers. Bhala wiehed li ghandu kontijiet offshore. Mela kemm qed thalsu il-kurja arciveskoVILI ta’ Malta? Dawra ckejkna fuq il fb progile tieghu tinduna li kulhadd jghidlu: boss! Jew Capo dei capi.
    Ma naghmlux mod li dan hu l-veru mohh mafjuz li hakem lill-Knisja f’Malta hux? Incidentalment, fl-istess ordni fazull u tal-loghob taghhom, hemm is-CEO tal-Kurja wkoll. Michael Pace Ross. Korrott iehor. Lis-sacerdoti li jaghmlu l-gid ikisruhom. Lil ohrajn jinqdew bihom. Kollu bil-barka tal-arcisqof Charles GUDA Scicluna.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *