Minn kontributur mill-Imġarr ta’ Malta.
Wara l-isforzi ġenwini li qiegħed jagħmel il-President Donald Trump u l-id tal-ħbieberija li ħareġ il-President Putin biex jingħalaq darba għal dejjem il-kunflitt mal-Ukraina, bla dubju wieħed jikkonkludi li l-ebda rappreżenttant tal-ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropeja mhux loku madwar il-mejda tat-taħdidiet.
Hija biss bl-inizjattiva tal-President Trump li tali laqgħat ser isiru u dawn jikkonċernaw biss lil dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien, għaldaqstant huma biss għandhom ikunu preżenti għal kull laqgħa li ssir.
Barra minhekk, kienet l-Amerika biss mill-20 ta’ Jannar 2025 ‘l hawn li ma baqgħetx issaħħan il-qiegħa u waqqfet kull għajnuna lil kull parti possibbli biex l-gwerra ma tkomplix. Mela hu biss mertu tal-Amerika li tiffaċilita tali taħdidiet filwaqt li l-politika barranija u ta’ gwerra kontinwa tal-Unjoni Ewropeja wriet li falliet.
Hu għaldaqstant t’interess issa kif l-Amerika ser tqarrab lejn xulxin lil dawn iż-żweġ pajjiżi u tkun hi bil-galbu tagħha li tintemm tali gwerra. Iż-żmien għad jagħtina parir u naraw minn verament kellu lill-poplu Ewropew għal qalbu – jekk kienx il-President Trump li ser ikun qed imexxi lejn paċi dejjiema jew xi puppatur pupazz minn xi pajjiż tal-Unjoni Ewropeja li kontinwament bagħat l-armi u l-armamenti lill-Ukraina biex il-gwerra ma tintemm qatt.
1 Comment
IL puppaturi europej mil kommixin ta l’armamenti kien jintereshom , x’jitnejku mil l’Ukraina , u minn Gaza . l’;ewwel pass ta tmexxijja serja kella tkun ghal paci , IMMA L’PACI NO COMMISION …… issa tohduhom maghkom l’infern ….!!!