Minn xiex qed jibża Jeremy Harbinson?

Neville Gafa

~ 5 days ago

Minn xiex qed jibża Jeremy Harbinson?

Wara li ħa 11-il miljun ewro għal inkjesta waħda biss, Jeremy Harbinson ma jridx jixhed għax qal li jibża għal ħajtu. Qal ukoll li ma jistax jitlaq minn fejn qiegħed għax il-mara tiegħu marida.

 

Mela ejja naraw minn x’hiex qed jibza’ Jeremy Harbinson, l-awtur tal-Inkjesta. Dak li akkwista il-miljuni, u ma jaffordjax li jħalli lil martu mqar jum wieħed ma’ professjonisti biex jiġi jaqdi dmiru.

 

Qed jibża’ li jistaqsuh dwar il-verita’. Qed jibża’ jwaqqa’ r-rapport tiegħu għaċ-ċajt għax jaf li m’aħniex ċwieċ.

 

Jeremy Harbinson and his wife Cheryl

 

Jista’ jkun ukoll li jibża’ li jispiċċa l-ħabs għax jarrestawh fuq frodi?

 

Qed jibża’ għax gideb lill-AG dwar id-demerger ta’ Harbinson Mulholland?

 

Qed jibża li jkollu jrodd lura l-11-il miljun?

 

Qed jibża’ jaffronta lill-Maġistrat wara li ppruva jwaqqaħha għaċ-ċajt?

 

Qed jibża’ li ismu jkompli jiġi mżeblaħ bħala forensic accountant li ppruva jitnejjek b’qorti tal-ġustizzja ta’ stat membru ewropew?

 

Jeremy Harbinson

 

Qed jibża’ li hu u l-mara jispiċċaw f’konsegwenzi legali, għax huma biss diretturi tal-kumpannija tiegħu?

 

Qed jibża’ li jista’ jiġi mistoqsi min kien il-moħħ vera wara r-rapporti tiegħu?

 

Minn dawk qed jibża l-awtur tal-Inkjesta?

 

Mill-miljuni ta’ Ewro ma beżax però. Ħa l- flus u ħarab.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. GINO DEGIORGIO February 18, 2025

    IS-SATANICI TERRORISTI MALTIN REGU GHAMLUA L’EWWEL E’GRANT BIL FILES VOJTA U ISSA TAL VGH B’INKJESTA MAGISTERJALI ….. KOLLOX FALZ , ESPERTI , MAGISTRATA , XHIEDA , RAPPORTI , U ISSA MIN SER JAGHMEL TAJJEB GHAL DIL HSARA KOLLHA LILL HAFNA NIES ? WE WANT JUSTICE ….!!!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *