Messaġġ minn Kimberly Zammit

Neville Gafa

~ 5 days ago

Messaġġ minn Kimberly Zammit

“Għinuni nieħu l-aħħar tama biex ngħix għal binti. Irrid nikber magħha.”

 

Dan huwa messaġġ ta’ Kimberly Zammit, omm ta’ 22 sena, b’tumur fil-fwied, frixa u f’idejha. Il-marda rari rhabdomyosarcoma ħaditilha tfulitha. Saret taf li għandha l-kanċer meta kellha 19-il sena – waqt li kienet tqila.

 

 

Kif welldet, kellha tibda t-trattament mill-ewwel. Tellgħuha l-Ingilterra għall-kura, iżda fl-aħħar jum tat-trattament indunaw li kien hemm kanċer ieħor f’sidirha. Minn hemm, trattament wara trattament… u l-marda baqgħet tinfirex.

 

Issa għandha tlett tumuri oħra. It-tobba qalulha li f’dan l-istadju ma baqax x’tagħmel. Iżda hi m’għandhiex triq oħra ħlief li tkompli tiġġieled għal bintha.

 

Saret taf b’sptar privat fil-Ġermanja li jagħti injezzjoni lit-tumur—l-aħħar tama tagħha. Iżda kull injezzjoni tiswa €3,900. Għalhekk qed iddur fuq qlub ġenerużi biex tagħtiha ċans tgħix għal bintha.

 

Jekk tixtieq tgħin, ċempel 98112532.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *