Onor. Rosianne Cutajar : Metsola ser terfa’ responsabilita’ politika għal dan kollu?

Neville Gafa

~ 4 days ago

Onor. Rosianne Cutajar : Metsola ser terfa’ responsabilita’ politika għal dan kollu?

Għandi ftit domandi għall-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, wahda minn dawk li l-governanza, trasparenza u r-responsabilità’ politika tesiġihom u tapplikahom għal ħaddieħor imma mhux għaliha u sħabha.

 

Sinjura President,

1. Meta ser issir ir-riforma tal-Parlament Ewropew wara l-kazijiet ta’ korruzzjoni li kellek? Issa ghaddew snin.

 

2. Mill-flus li tonfoq ghal marketing tiegħek, ibbenefikaw I-‘media houses’ Maltin? Jekk iva, min? U fuq kemm flus qed nitkellmu? Ħa nkun ċara, m’ hemm xejn hazin li ngħinu lill-media lokali pero’ tali informazzjoni hija t’interess pubbliku.

 

 

3. X’ser tkun il-pożizzjoni politika tieghek u r-responsabilita’ li għandek iġġorr flimkien m’oħrajn, jekk l-Unjoni Ewropeja ser tiġi eskluża minn fuq il-mejda tan-negozjati għall-paċi fir-reġjun Ewropew, partikolarment bejn ir-Russja u l-Ukraina?

 

 

4. Jidher ma tantx kellek ‘political foresight’ meta indirizzajt lill-President Zelensky nhar il-15/5/2022 u ghidtlu li daqt jispicca kollox u li ser tmur ghall-Eurovision ġewwa l-Ukraina. Ser terfa’ responsabilita’ politika għal dan kollu?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. GINO DEGIORGIO February 18, 2025

    TOHLOM BIL KULUR DIN UKOLL , GHAMLET BHAL EFA , LIR RUSSI QALTILHOM WARBU GHAX GEJJA JIEN U L’UNIONI EUROPEA LANQAS VUCI GHAL PACI MAGHDA ISSA ,,,,, SARET IRRELEVANTI

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *