Sur Pawlu Pace,
Jien ergajt.
Ilna ftit ma nitkellmu imma tista’ sserrah rasek li ma nsejtekx.
Sur Pawl, tikkonferma li bħal lum ġimgħa int bdejt tiġi interrogat mill-Pulizija fuq akkużi ta’ natura kriminali?

Pawlu Pace
Veru li l-interrogazzjoni, li kif mistenni ħadet ammont ta’ ħin konsiderevoli, xejn ma marret tajjeb?
Għidli ftit, il-membri tal-union tiegħek jafu li int tinsab għaddej minn interrogazzjoni kriminali?
Ma taħsibx li, issa li l-Pulizija għaddejjin b’din l-interrogazzjoni, li hija l-aħħar fażi tal-investigazzjoni li ilha għaddejja, int ma tistax tibqa’ tokkupa l-kariga ta’ President tal-MUMN.
Nappellalek, f’ġieħ is-sewwa, itfa’ r-riżenja tiegħek minnufih.