Jaġġornaw lil Diplomatiċi dwar suġġett li ma jemmnux fih

Neville Gafa

~ 18 hours ago

Jaġġornaw lil Diplomatiċi dwar suġġett li ma jemmnux fih

Permezz tal-mezzi soċjali, l-Għaqda Repubblika, il-fergħa estrema tal-PN ħabbret li ltaqgħet ma xi Membri mill-Korpi Diplomatiċi. Kumbinazzjoni din il- laqgħa ġiet organizzata fl-Ambaxxata tal-Olanda f’Ta’ Xbiex. Għaliex qed ngħid hekk ngħidilkom f’artiklu ieħor.

 

 

Delegazzjoni minn Repubblika, għaqda iżgħar mill-każin tal-banda tar-raħal, kienet tinkludi t-Teżorier Paula Fleri Soler, il-Membru tal-Kumitat Edward Warrington u l-Uffiċjal Eżekuttiv Manuel ‘non arriva mai’ Delia.

 

Oħroġ -il għaġeb, din il-fergħa estrema “aġġornat” lil dawn id-Diplomatiċi dwar is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f’Malta.

 

Ipokriti per eċċellenza‼️

 

Għaliex qed ngħid hekk?

 

Għax ninsab konvint li waqt din il-laqgħa li kellhom ma erbgħa diplomatiċi magħżula u li jien insejħilhom klieb tal-but għal raġunijiet ovvji, żgur li ma spjegawx il-ħidma mwettqa mill-Gvern b’rabta mar-riforma li għaddejja fil-qasam tal-Inkjesti Maġisterjali bil-għan għal iktar tisħiħ tas-saltna tad-dritt..

 

Anzi nemmen li lil dawn il-klieb tal-but qalulhom kollox bil-kontra.

 

Fl-artiklu li jmiss se nkunu qed nidħlu f’aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *