“Dr Chris Grima Jiddikjara Li La Kont Mandant u Lanqas Eżekutur”

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

“Dr Chris Grima Jiddikjara Li La Kont Mandant u Lanqas Eżekutur”

Stqarrija ta’ Dr. Joseph Muscat

 

 

Jien fittixt lil avukat Chris Grima għal libell wara li f’ Mejju 2020 dan kiteb jindirizza lil marti “X’ġaralha? Ir-raġel tiegħek splodiha. Hekk ġralha.” b’ referenza għal Daphne Caruana Galizia.

 

Matul seduta minnhom, l-avukat Grima ġie mistoqsi jekk kienx qed ifisser li jien kont b’ xi mod involut fl-assassinju.  Meta wieġeb iva, il-Qorti ordnat l-inverzjoni tal-provi, jiġifieri li hu jipprova dak li qed jgħid.

 

Matul l-aħħar snin, kien hemm tentattivi biex din id-dikjarazzjoni tiġi rtirata iżda l-istqarrija li offra li jagħmel Dr Grima ma kienitx sodisfaċenti għax kienet tagħmel ġudizzjoni  li jien ma kontx qed naqbel miegħu.

 

Il-bieraħ fil-Qorti kien hemm żvilupp fejn Dr Grima għamel stqarrija fejn qal li hu qatt ma ried jimplika li jien kont l-eżekutur jew il-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u li hu kien qed jagħmel tiegħu il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika u rizoluzzjonjonijiet tal-Parlament Ewropew.

 

Dan għalija ifisser li kkonferma il-fatt li jien qatt ma kont involut f’ dan il-każ.

 

Għalhekk, fid-dawl ta’ din l-istqarrija, irtirajt il-libell.

 

Offerta simili għamiltha lil familja Caruana Galizia fil-libell dwar il-gidba tal-Egrant fejn għidt li lest inwaqqa’ l-libell jekk jirrikonoxxu l-konklużjonijiet tal-inkjesta li saret.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *