Helena Dalli : “Huwa eżatt kif qed jgħid Dr Joseph Muscat”

Neville Gafa

~ 1 month ago

Helena Dalli : “Huwa eżatt kif qed jgħid Dr Joseph Muscat”

Huwa eżatt kif qed jgħid Dr Joseph Muscat. Jiena fil-ġurnata tad-delitt kont il-Lussemburgu għall-General Affairs Council fir-rwol tieghi ta’ ministru għall-Affarijiet Ewropej.

 

Kif sirt naf li kienet karozza bomba, tkellimt mal-Prim Ministru Joseph Muscat u minnufiħ bdejna l-kuntatt man-Netherlands Forensic Institute (NFI).

 

L-NFI huma esperti dinjin fuq każijiet ta’ karozzi bomba u Dr Muscat ried li dawn jiġu Malta minnufiħ.

 

Meta kont ministru responsabbli mil-laboratorji kont ġibt taħriġ mill-NFI – fil-ġbir tal-evidenza fuq ix-xena tar-reat – għall-pulizija tagħna.

 

Il-pulizija tagħna dan għamluħ b’suċċess, tant li meta nqabdu iż-żewg qattiela fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia, irringrazzjawni għal dan it-taħriġ li qalu kien strumentali għas-suċċess tagħhom biex qabdu l-ħatja f’qasir żmien.

 

Minkejja dan, ġejna akkużati li għandna d-demm ta’ Daphne Caruana Galizia fuq idejna.

 

 

X’qal Dr. Muscat

 

L-FBI u DCG

 

“Ħalli niċċara xi ħaġa oħra ħalli ma jkunx hemm min idaħħal flieles.

 

Wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jien mill-ewwel ikkuntattjajt lill-Gvern Amerikan għall-għajnuna.

 

Xhieda ta’ dan huma uffiċjali tal-Ambaxxata Amerikana.

 

Jekk kien hemm xi uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li għamel l-istess ma nafx, avolja suppost konna mmexxu l-korp minn imnieħru skont x’uħud.

 

Involvejna wkoll lill-Aġenzija Forensika Olandiża, li huma meqjusa fost l-aħjar. Tista’ tikkonfermah Helena Dalli li kienet involuta f’dan.

 

Min ikollu x’jaħbi mhux hekk jagħmel.”

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *