Id-Disprament ta’ Robert Aquilina

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Id-Disprament ta’ Robert Aquilina

Robert Aquilina kompla jivvomta d-disprament li għandu fl-istonku. Iddisprat għall-fatt li t-torri tar-ramel li bena’ hu flimkien ma sħabu l-estremisti qed jinħatt ma kull jum li jgħaddi.

 

Qal li Joseph Muscat instab ħati minn tlett Imħallfin li ħoloq il-klima ta’ impunita’ li fiha kien possibbli li tinqatel ġurnalista Maltija f’pajjiżna, b’referenza għal tal-Bidnija.

 

Qal ukoll li għal “dak il-fatt waħdu suppost iġiegħel lil Muscat ma jidhirx quddiem in-nies u ma jkomplix jagħmel diżunur u ħsara lil pajjiżna.”

 

Mela Sur Robert Aquilina,

 

Dik l-Inkjesta Pubblika li qed tinqeda biha int hija fażulla u qarrieqa.

 

Għaliex fażulla?  Se nagħti tliet raġunijiet fost ħafna.

 

L-ewwel raġuni. Kieku Daphne Caruana Galizia  ma rrifjutatx l-fixed point offrut minn diversi Kummissarji tal-Pulizija l-qtil ma setax isir kif sar. Peress li kienet taħseb li ħadd ma jista’ għaliha, kienet tirrifjuta l-fixed point u għal dan mhux ħati l-istat. Minkejja  li  dan joħroġ mill-inkjesta pubblika, l-imħallfin injorawh. Għalhekk fażulla.

 

It-tieni raġuni. Il-każ ta vjolenza domestika nnifsu u l-bullying li ghamlet fuq żewġha wara li rrapurtaha ma nġabux quddiem l-inkjesta pubblika. Dan l-episodju juri l-atteggjament arroganti tagħha fil-konfront tal-pulizija u kif l-impunita’ ma kenitx kontriha iżda kienet tgawdi minnha hi. Anke l-Pulizija kienu jibżgħu minnha. Kif tista’ tagħmel inkjesta dwar l-qtil tagħha mingħajr ma teżamina l-aspetti vjolenti tal-karattru tagħha?

 

It-tielet raġuni. Min jiftaħ kawża u jitlob danni kif qed jagħmlu l-familja Caruana Galizia iridu jġibu provi dwar x’kienet taqla’. Issa nafu li biex tevadi t-taxxa kienet tiddikjara ammonti żgħar. Anke din il-ħnizrija ġiet injurata mill-Imħallfin. 

 

Robert Aquilina is becoming A Challenge to Malta’s Stability.

 


Issa ħa ngħidlek min missu ma jidhirx quddiem in-nies.

 

Għandhom jistħu erba’ qlalet bħalek li dejjem taraw kif se tħammġu lill-Gvern u l-pajjiżna barra minn xtutna. Bħal ma ppruvajtu tagħmlu l-bieraħ dwar ir-Riforma tal-Inkjesta Maġisterjali.

 

Għandek tistħi int għat-theddid fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafà saħansitra b’ xi impjieg li jista’ jkollu fil-futur. Daqslikieku Gafà m’għandux dritt għal għixien wara li ma jibqax Kummissarju.

 

Mhux aħjar tgħidilna x’xogħol qed tagħmel u minn fejn qed taqla’ l-għixien tiegħek?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. GINO DEGIORGIO February 26, 2025

    Xi hu xoghlu ? mhux jivvomta il hdura kontra Malta , dawn il qaddisin foloz dak li irridu li Maltin jispiccaw tallaba u bil guh , din qeghda documentata min dak il falz li jqarben lin-nies u Alla nixxifli ilsieni jekk il poplu Malti jiggennen u jtella lill partit nazzjionalista hekk nispiccaw …….. fit 2012 ga konna fix-xifer ta falliment saqsu lill famuza Unjioni Europea ……. u Alla jista kollox berikna u helisna minn dawk il vera HALLELIN U KORROTTI , IPOKRITI U INKONPITENTI ,,,,, U minn fejn jithallas forsi minn xi inkjesta magisterjali ghax hemm tahwied min ha xix u ghal xix ….

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *