Prof. Cassola, int qed twiegħed li sakemm tagħtik is-saħħa, se tibqa’ tiġġieled għas-sewwa.
X’itfisser is-sewwa għalik? Li tinterpreta qbil bejn żewġ partijiet li jwassal biex jitwaqqa’ libell kif jaqbel lilek?

Arnold Cassola
L-appell li sar liż-żewġ naħat biex jintlaħaq ftehim kienet sejħa ġejja mill-Maġistrat, altru li ‘change of heart’.
Fil-Qorti, Dr. Chris Grima għamel stqarrija fejn qal li qatt ma ridt jimplika li Dr. Muscat kien l-eżekutur jew il-mandant tal-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, u li hu kien qed jagħmel tiegħu l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Pubblika u rizoluzzjonjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Din kienet ammissjoni ta’ Dr. Grima li Dr. Muscat qatt ma kien involut f’dan il-każ. Kien fid-dawl ta’ din l-istqarrija li Dr. Muscat irtira il-libell.
L-interpretazzjoni tiegħek hi sforz l-indannazzjoni u l-għatx li għandek biex xi darba tara lil Dr. Muscat ħati.
It-torri tar-ramel li bnejt int flimkien mal-klikka estrema ta’ Repubblika qed jaqaw biċċa biċċa.
2 Comments
Gafa. Stajt taghtu daqxejn cans ihor beix tax-shift jalfuh daqxejn ohra. Ara tal-lovinmalta ga ghamluh dan.
Cassola ? Professur? l ingredjenti tal karate ta Cassola Tafu x’inhuma? GHIRA + HDURA = INDANNAZZJONI.