Ta’ sodisfazzjon kbir għalija nara dak li ilni tlett snin inħambaq dwaru jsir realtà.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, l-idrogat ta’ Kyiv ġie xkanat il-barra mill-White House. Dan wara li tkessaħ mal- President Donald Trump u saħansitra prova jumiljah f’pajjiżu, f’daru u quddiem il-poplu Amerikan.
Zelensky huwa l-Eks President Ukren li l-Unjoni Ewropea jappoġġja akkost ta’ kollox. Zelensky huwa dak id-dittatur li l-Gvern Malti baqa’ jappoġġja sal-ġurnata tal-lum.
Malta għażlet li tappoġġa President drogat akkost anke li tilfet kull relazzjoni mar-Russja. Issa inutli toqgħodu tibku. Il-froġa saret. It-tazza xxelfet u mhux se titranġa jekk mhux bil-bona volontà tar-Russi. Issa oqgħodu ibku f’ ħoġor l-Ewropa ta’ Kajin.
Imisskom tistħu. Nispera li jkollkom id-diċenza titolbu skuża lill-poplu Malti. Falliment totali.