Sur Pawl,
F’intervista li inti tajt lill-ġurnalist Matthew Xuereb tat-Times, imxandra nhar is-17 ta’ Settembru 2023 taħt it-titlu Union boss Paul Pace: I was hounded over a human error, inti sollennament ħlift li:
A. Saret miegħek persekuzzjoni fuq żbalji umani żgħar.
B. Li dawn kienu żbalji żgħar li akkumulati kumplessivament flimkien jammontaw għal 12-il siegħa xoghol.
C. Li dawn kienu żbalji li jinvolvu biss somma totali ta’ €215.
1. Illum jien ngħidlek li dakinhar lil Matthew Xuereb int gdibtlu ma kull nifs li ġbidt il-ġewwa u l-barra. U tul dok l-intervista Matthew Xuereb bela’ kull ma ħarriftlu b’tant solennota’ int.
2. Illum jien nisfidak terġa’ tirrepeti li dan tiegħek kien żball uman. Naf li mhux se tilqa’ l-isfida għax mhux veru li kien żball uman. Jekk int raġel, mhux ġifa, ikkonferma l-verita’ billi tistqarr li dik tiegħek kienet skema sistematika ta’ abbuż ripetittiv għal numru ta’ snin twal.
3. Illum nisfidak tirrepeti wkoll li l-każ tiegħek huwa dwar 12 siegħa akkumulattivi biss. Nerġa’ ngħidlek, qed tigdeb. Mhux vera. Jekk inti raġel, ikkonferma li l-verita’ hi li qed nitkellmu fuq 4,500 ġurnata xogħol, li jigu 36,000 siegħa ta’ skartar.
4. Fl-aħħar, nisfidak tirrepeti li kien hemm involuti biss €215. L-isfida naf li mhux se tidħlilha għax inti taf li mhux €215 biss ħadt.
Jekk m’intix ġifa, ikkonferma l-verita’ u għid ċar li qed nitkellmu fuq ħafna u ħafna eluf.
Miskin Matthew Xuereb spiċċa emmnek.