Minn Korrispondent Speċjali mill-Imġarr ta’ Malta
Wara li d-Dittatur Ukren qala’ ħasla madornali mill-President Trump li wrieh ‘l bieb ta’ barra tal-White House, id-dittatur Ukren ried mingħalieh jiġbor ġieħu. Mar ifittex ġurnalist ta’ Fox News u mhux tal-MediaLink tal-Partit ta’ Roberta Metsola f’Malta biex jgħid li hu xorta jemmen li għad tista’ tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li zviluppat bejnu bħala Dittatur u l-President elett demokratikament Donald Trump. Dan il-bigott qal li jara li jista’ jasal mal-Amerika.
Mela wara li lanqas kien ħa nifs mill-mument meta Trump keċċieh ‘l barra mill-Uffiċċju tiegħu, dan il-biċċa mbarazz irrealizza li kien jaqbel jagħmel xi forma ta’ irtirata peress li kien imiss issa hu li l-Amerika tirtira s-suldati u l-għajnuna tagħha lil dan il-pajjiż li m’hu xejn għajr konfini tal-megolostat Russu u l-Ukraina tiġi izjed għarkoptejha.
L-Amerika wriet li verament hi super-potenza unika u li niesha jiġu l-ewwel kif jgħid l-istess President tagħha: America First.