IL-KUMMISSJONI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA U PAWLU PACE

Neville Gafa

~ 6 days ago

IL-KUMMISSJONI GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA U PAWLU PACE

Għandi għalxiex nifhem li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qiegħed ukoll iħares lejn il-każ Pawlu Pace, il-President tal-MUMN.

 

Bir-raġun. U kif!

 

L- Uffiċjali tat-Trade Unions huma fil-ħajja pubblika wkoll. Aktar u aktar jekk ikunu Uffiċjali Pubbliċi, li kważi kollha huma.

 

Pawlu Pace

 

Bir-raġun ukoll għaliex wieħed jistenna li Uffiċjali ta’ Union, hi liema hi, għandhom ikunu ta’ xempju tajjeb għall-ħaddiema.

 

Għaldaqstant, nistaqsi lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jekk hux qiegħed iħares hu wkoll lejn il-każ orribbli tas-Sur Pawlu Pace. Ikun floku wkoll li l-uffiċjali tal-Uffiċċju tiegħu jitkellmu mal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, li bħal l-Uffiċċju tiegħu ultimament jirrispondi lejn il-Parlament.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *