Qed imexxi l-kelma li se jesponini

Neville Gafa

~ 5 days ago

Qed imexxi l-kelma li se jesponini

Fil-ġimgħat li għaddew, persuna anzjana magħruf għas-sentimenti Nazzjonalisti talabni l-għajnuna.

 

Qalli li minħabba problemi soċjali u finanzjarji spiċċa jorqod barra, f’għalqa taħt is-siġar. Saħansitra jinħasel b’ilma kiesaħ u jaghmel il-bżonnijiet tiegħu barra.

 

Jien bħal ma għamilt dejjem bla ebda distinzjoni, tlabt l-assistenza.  Tlabt li dan il-bniedem, irrelevanti min hu jew min kien, jingħata akkomodazzjoni soċjali. Għax għalkemm politikament ma jaqbilx miegħi, jibqa’ xorta ħolqien ta’ Alla. 

 

It-tweġiba kienet “ma tarax li naqdih lil dak!” Twerwer li jitlef l-voti. Akkost li jħalli persuna jorqod barra. 

 

Biex taraw kemm hu ġifa u beżżiegħ.

 

Issa dan l-għaref qed iparla man-nies li ser jesponini għax tlabtu jgħin persuna anzjana Nazzjonalista magħrufa. Min għalih illi r-rikatti ta’ persuna beżżiegħ bħalu se jbeżżgħuni u jwaqqfuni milli nikkritikah.

 

Fil-jiem li ġejjin se nkun qed niżvela aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

5 Comments

  1. saviour stivala March 5, 2025

    Jekk il-fatti uma kif qed tighjdhom int, Triq qahda emm kif timxi miejhow ma min hu fuqu. JEW JIEN JEW HU.

    Reply
    1. Eddy Privitera March 5, 2025

      L-EWWEL ICCEKKJA KEMM HU VERU DAN IL-KAZ. JEKK HU KAZ GENWIN, U M`HEMMX MIN GHANDU KAZ BHAL DAN QABLU, DAN IL-BNIEDEM GHANDU JINGHATA L-GHAJNUNA. AHNA DEJJEM SMAJNA L-MEXXEJJA TAL-PARTITV TAGHNA JGHIDU, LI L-GVERN LABURISTA HU TAL-MALTIN U L-GHAWDXIN KOLLHA, U MHUX TAL-LABURISTI BISS !

      Reply
      1. saviour stivala March 6, 2025

        Eddy. Skont Gafa mux kas ta kiju, jew emmx qablu, jekk dak li qall Gafa hu minu, dal bniedem li Gafa qed jireferi ghallih ( issa dan l-gharef qed iparla man nies). M,a emmx postu f’laministrazzjoni tal-pajjis.

        Reply
  2. Vince March 6, 2025

    Li tgħin iż-żgħir u l-batut huwa l-prinċipju ewlieni għalfejn inħoloq il-Partit Laburista u dejjem kien l-ixrup li mexxieh tul is-snin sallum. Jekk inhu hekk dan il-proxxmu ma fejn xejn u qiegħed fil-pożizzjoni tiegħu għal glorja tiegħu personali!

    Reply
  3. PT March 6, 2025

    Kull fejn taqta johrog id-demm u l`ghajnuna ma hemmx isbah minna. Dan l`individu ghandu joqghod aktar attent ghal l`inkarigi li qed jinghataw lil certu pulcinelli biex imbghad wara jinfexxu isawwtu u jaghsru lil ta madwarhom. Hemmhekk ghandu ghax jinkwieta u jinkwieta bil-kbir. Dak li tizra tahsad

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *