Għal min ma jafx, il-Perit David Xuereb huwa ċ-Chairperson tal-MCESD, li xogħolu huwa li jikkordina l-laqgħat bejn il-korpi kostitwiti. Marthese Portelli hija ex Membru Parlamentari Nazzjonalista, li tpoġġi wkoll fuq l-MCESD fejn tirrapreżenta lill-Kamra tal-Kummerċ. Li hemm komuni bejn dawn it-tnejn, apparti li huma Nazzjonalisti akkaniti, huwa li kienu jaħdmu flimkien fil-Kamra tal-Kummerċ.

Marthese Portelli
Ħa jkolli ħafna xi ngħid dwar dawn it-tnejn, u naħseb li l-poplu għandu dritt ikun jaf peress li jpoġġu fuq l-aktar Kunsill importanti f’pajjiżna.
F’dawn il-ġranet ha nkun qed nagħmilhom xi mistoqsijiet ukoll, u peress li t-tnejn li huma ma jitilfux opportunità biex jidhru u jippuppaw, m’għandix dubju li se jkunu qed iwieġbu.
Il-Perit David Xuereb, biex infakkarkom ftit, huwa l-istess Perit li fl-Inkjesta ta’ Jean Paul Sofia qala’ tiddrisa qawwija, tant li ġie mġiegħel jirriżenja bħala c-Chairperson tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Serrħu raskom li fuq dan ser inkunu qed nitkellmu wkoll ‘il quddiem.

David Xuereb
F’dawn il-jiem pero’ smajt ħafna kif dawn it-tnejn qed jaħdmu b’mod preċiż biex jagħtu kemm jifilħu gambetti lill-Gvern, u għalhekk kif għidtilkom ser inkun qed nagħmlilhom xi mistoqsijiet sabiex ma nistriħx biss fuq dak li jasal għandi.
Għal-lum nieqaf hawn. Bilħaqq, għax kont se ninsa, ser inkun qed ngħidilkom ukoll ‘jaħsbu fuqhom dawk ta’ madwarhom!