Minn Korrispondent
Filwaqt li fis-skiet ta’ darhom l-Għawdxin u l-Maltin flew ir-riżultati tas-surveys li saru fil-ġurnali, tajjeb li wieħed jara x’wassal biex għandna dawn l-istampi partikolari.
Il-Partit Nazzjonalista iżjed minn qatt qabel qed juri li jinsab bla tmexxija u riesaq lejn telfa oħra elettorali kbira li twasslu biex min kien ħammillu l-art biex inbniet id-Dar Ċentrali jiġi nkarigat biex jitlaq l-inġenji tiegħu mill-bitħa fejn irraqqadhom u jibda’ iwaqqa’ il-bini tal-istess imkien. Kollox jindika li wiċċ il-PN ser jispiċċa kompletament minn Malta grazzi għal dak it-terremot li kien beda’ Dr. Joseph Muscat.

Joseph Muscat
Izjed mal-PN jesponi lilu nnifsu qrib tal-oxxenitajiet ta’ Daphne Caruana Galizia li l-unika karatteristika tagħha dejjem kienet il-mibgħeda, izjed iċ-ċittadini tagħna jagħtu daharhom lill-PN.
Izjed mal-PN jipprova jimbotta lil Simon Busuttil, iżjed jibżgħu ċ-ċittadini tagħna, izjed u iżjed meta issa Bernard Grech irid li dan joħroġ għall-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq B’Kara u tas-Sliema.

Simon Busuttil
Issa jippruvaw jinġabru billi jġibu ħafna stqarrijiet vojta ta’ Roberta Metsola – din oħra marbuta ma’ Daphne, Simon u l-Holier than Thou – jiġifieri qaddisin izjed mill-Papa.
Iċ-ċittadin il-kwiet ta’ daru jrid igawdi l-ġid li qed joħloq il-PL fil-Gvern. Meta tara f’liema abbissi tal-infern jinsab il-PN, wieħed l-aħħar li jistaqsi hu: ‘Lil min fadal? Kieku jistgħu jħorġu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss lil Eddie Fenech Adami peress li tant missew il-qiegħ li ma jafux fejn ser jagħtu rashom.
2 Comments
Jixraqilhom ghar minn hekk.
Min zergha l-mibgheda fil-PN,tefa lil l-istess PN fl-abbisi ta l-infern.Il-poplu huwa seren hu jaf bizzejjjed kemm il-Partit Laburista ghamel gid u jibqa jghamel il-gid ghal ghixien ahjar li poplu Malti w Ghawdxi tant jixraqli.Dan is-serhan jista jnisslu biss Partit Laburista fil-gvern.