Roberta Metsola għandha ħolma. Ħolma li tara l-Ewropa armata sa sniena. Ewropa lesta tidħol fi gwerra kontra r-Russja. Roberta Metsola għandha ossessjoni gravi. Jisimha Russja.
Ir-Reġina tal-Gwerer ilha għaddejja minn din il-fażi perikoluża sa minn Frar tal-2022. Meta faqqa’ l-konflitt, kienet wegħdet lil psikopatiku Zelensky li kien se jirbaħ malajr. Saħansitra wegħdet li kienet sejra tattendi għall-Eurovision fi Kyiv.
Ovvjament dan ma seħħx. Roberta Metsola uriet lid-dinja kemm hi ġidra fil-qasam Internazzjonali. Għaliha, d-dinja kollha hija l-Unjoni Ewropea. Sa hemm tasal.
Issa r-Reġina tal-Gwerer daħlitha f’rasha li l-Ewropa tista’ taqdef għar-rasha anke mingħajr l-għajnuna finanzjarja u militari tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, iffissat li tara l-Unjoni Ewropea żżid in-nefqa fid-difiża akkost ta’ kollox.
Ir-Reġina tal-Gwerer tant hi ossessjonata li għadha lanqas intebħet li r-Russja rebħet dan il-konflitt xhur ilu. Wieħed jiskanta kif biċċa drogat irnexxielu jdaħħalha fil-but u jilgħab biha kif irid.

Ħobża u sikkina mad-dittatur drogat Zelensky
Roberta Metsola hija r-Reġina tal-Gwerer. Kieku Metsola temmen fil-paċi, allura kienet tikkonvinċi lil seħibha l-idrogat Zelensky sabiex isejjaħ elezzjoni ġenerali kif suppost ilu li għamel kważi sentejn ilu. Iżda l-ossessjoni li għandha għar-Russja hija kbira wisq. Roberta Metsola hija ta’ periklu għas-sigurtà tal-Ewropa.