Onor. Zammit Lewis : Tibqa’ Toħroġ l-Ipokresija tal-PN

Neville Gafa

~ 2 days ago

Onor. Zammit Lewis : Tibqa’ Toħroġ l-Ipokresija tal-PN

Tibqa’ toħroġ l-Ipokresija tal-PN, anke fil-kamp tal-politika barranija, anke f’mument tant kritiku għall-Ewropa u għad-Dinja li qed jinkwieta lil kulħadd. Irrid ngħid li l-PM Robert Abela kien konsistenti fil-pożizzjoni tiegħu kemm qabel u kemm wara s-Summit Specjali tal-UE u dana bil-mod kif ġej;

1. Huwa saħaq fuq in-newtralita’ ta’ pajjiżna li tibqa’ fil-qalba tal-politika barranija tal-Gvern u fit-twemmin bażiku tal-PL li tant ħadem storikament għal dan. In-newtralita’ ma jfissirx li tibqa’ ċass quddiem sitwazzjonijiet inaċettabli. Dak li wettaq Robert Abela u dik kienet id-deċiżjoni tiegħu fil-EUCO;

 

2. Robert Abela tkellem favur li l-paċi hija l-uniku soluzzjoni għal dak li għaddejjin minnu. Naqbel miegħu perfettament u dan għandu jkun l-għan aħħari ta’ pajjiżna, anke fl-isfond li fl-UE hemm tant prijoritajiet oħra sabiex intejbu l-livell t’għixien tal-Ewropej u noħolqu aktar xogħol fl-Ewropa, li rridu lkoll flimkien naħdmu għalihom!

 

3. Malta hekk kif dejjem wettqet taħt Gvernijiet Laburisti, trid tkun ‘an honest broker for peace’.

 

4. Id-difiża m’hix suldati u infiq fl-armi, iżda hemm ġlidiet ġodda bħal li naħdmu per eżempju għal ‘full energy independece’ u ħwejjeġ oħra, u dana sabiex l-UE ma tiġix rikattata minn ħadd!

 

Dak li qal qabel u wara l-EUCO Robert Abela!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *