Salvu Balzan ma jiflaħx jara l-Labour magħqud. Iżda barra minn hekk, ma jiflaħx jara lil Dr. Joseph Muscat jirbaħ ostaklu wieħed wara l-ieħor.
Fl-artiklu-analiżi mnejjek tal-Ħadd li għadda ħareġ ċar il-frustrazzjoni tiegħu għall-fatt li fi kliemu hemm “sinjali li fil-każ tal-Vitals kontra Muscat hemm ċans li Muscat jinħeles minn kull akkuża.”
Tajjeb ukoll. Mela x’ridt Salv? Li jinstab ħati ta’ ebda akkuża? Pruvajtu kemm flaħtu tħammġuh u għamiltu minn kollox biex tkissru r-reputazzjoni tiegħu, iżda għal darba oħra il-bużżieqa ser tinfaqa’ f’wiċċek l-ewwel wieħed.
Issa jekk verament Salvu Balzan jemmen il-gideb tiegħu stess f’dak li jikteb dwar Joseph Muscat, biex jaħsel idejh u biex ikun kredibbli għandu qabel kollox jirrifondi kull ċenteżmu mill-eluf kbar jew miljuni li akkwista mill-Gvern ta’ Muscat.
Imbagħad nibdew nemmnuh.
Qed jattakka lil Muscat mhux għax verġni jew pur iżda biex jinħabb mal-PN u ma jattakkawhx. Għax ngħiduha kif inhi, anke ġurnalist jista’ jkun korrott. Il-korruzzjoni teżisti kullimkien fid-dinja anke fil-ġurnaliżmu.
Tal-aħħar Salv. Il-Labour magħqud u qed jipprepara sabiex meta tasal l-elezzjoni ġenerali jerġa’ jirbaħ. U se jirbaħ bil-kbir. Ġurnaliżmu tal-ħabba gozz bħal tiegħek u oħrajn se jerġa’ jissarraf f’vantaġġ politiku qawwi favur il-Partit Laburista. Nittamaw li wara t-telfa elettorali li ser ikun qed isofri l-establishment, twassal għal tindifa kbira fil-ġurnaliżmu wkoll.
4 Comments
Prosit bhal dejjem Neville. lqatt il-musmar fuq rasu U lil.dan IL.mercenarju nghidlu ma jdumx ma jiehu r risposta li ma jridx jisma’. jibqa jikkriepa
Ferah ghalxejn
Bhal ma dejjem ktibt nerga ntenni li dan Salvu Balzan huwa falz minn rasu sa saqajh u hawn naghmel mistoqsija lil dan il falz. X’kont tkun qed taghmel bil notebook eletronoku f’idek gewwa kastilja fejn il lift isfel? lil min kont tkun qed tistenna u xkont turih? Jekk int ragel bhal ma tipretendi, irrispondi.
meta jasal il hin nghidlek jien sur Salvu l falz lil min kont tistenna u xkont turih fi zmien JM PM u kemm kont iccarat halqek fid dahla tal lift. kif ma tisthix tidher quddiem in nies.