Id-9 ta’ Marzu 2013. Ħmar- Il Lejl Għall-PN

Neville Gafa

~ 22 hours ago

Id-9 ta’ Marzu 2013. Ħmar- Il Lejl Għall-PN

Id-9 ta’ Marzu 2013, Malta qamet taħt xemx ġdida. Kapitlu ġdid fl-Istorja politika ta’ pajjiżna.

 

Malta għażlet Labour. Kien il-bidu ta’ rivoluzzjoni siekta li rat il-pajjiż joħroġ mill-abbissi ekonomiku li kien daħal fih għal bosta snin taħt il-Gvern ta’ GonziPN.

 

 

Dakinhar il-PL ikkampanja bħala moviment u ggverna bħala moviment. Dakinhar ix xemx ma telgħatx għal nofs Malta imma għal kulħadd, anke għal dawk li ma vvutawx għall-bidla.

 

 

Bl-islogan ‘Malta tagħna lkoll’, Gvern Laburista kien għamilha ċara sa minn qabel l-elezzjoni li kellu l-ambizzjoni li ma jħalli lil ħadd barra.

 

Malta ingħaqdet wara l-Moviment għal bidu ġdid sabiex isir it-tibdil soċjo-ekonomiku neċessarju li jwassal għall-akbar tkabbir li qatt ra pajjiżna.

 

 

 

Malta għażlet lil Joseph Muscat sabiex ikun dan il-Mexxej li jieħu l-kmand tat-tmun tal-pajjiż f’idejh. Kien il-bidu ta’ proċess li permezz tiegħu minn Malta tagħna lkoll, pajjiżna mexa għall-aqwa żmien.

 

Kien il-bidu tat-tmiem tal-PN maħkum minn klikka ultra konservattiva li tant tefgħatu lura li illum, 12 il-sena wara għadhom ma sabux it-triq ‘il quddiem.

 

 

 

Grazzi Joseph, għax bis-saħħa tiegħek illum għandna ekonomija f’saħħitha. Pajjiżna għadu qed igawdi mill-ġid li ħloqt.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. J (ail) Muscat March 9, 2025

    Ghax ma tinzillux ghalih purcinell.

    F Gunju J(ail) Muscat qalilna biex intuh support u nohorgu nivvutaw Labour, u tajnieh risposta ghax il P.L tilef 32K Vot il Gahan u laqghi biss minghalih li Joseph nadif u innocenti.

    EX LABURIST

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *