David Xuereb u Marthese Portelli (3)

Neville Gafa

~ 2 hours ago

David Xuereb u Marthese Portelli (3)

Wara li ktibt fuq iż-żatat il-Perit David Xuereb u Marthese Portelli, li tippretendi li tifhem f’kollox, dan is-sit ma waqafx jirċievi informazzjoni fuq dawn it-tnejn, li ha nkun qed naqsam magħkom ftit ftit.

 

Ħafna ġibduli l-attenzjon li Marthese Portelli ġġorr wieħed magħha bl-isem ta’ Kevin Mizzi. Irrid ngħid li dan mhux xi wieħed li fid-deher qed jipprova jagħmel ħsara fil-Gvern, imma peress li Marthese Portelli ġabitu qisu l-pupazz tagħha, tajjeb li tkunu tafu min hu.

 

Kevin Mizzi huwa Head of Policy tal-Kamra tal-Kummerċ. Però qabel dan l-irwol kien segretarju ta’ Simon Busuttil u Therese Comodini Cachia. Oħroġ il-għaġeb, ħuh huwa Edward Mizzi,  l-istess wieħed li taħt Gvern Laburista qed ipapija l-Housing Authority minkejja li dan huwa nazzjonalist akkanit.

 

Kevin Mizzi

 

Biex inserrħilkom raskom, għadni ma nsejtx dwar il-mistoqsijiet li ser nagħmel lil Marthese Portelli.

 

Dwar iz-zatat, il-Perit David Xuereb, tajjeb tkunu tafu li l-mara tiegħu, Stephanie Xuereb, kienet ic-CEO tal-isptar Monte Karmeli. Illum ma nafx x’qed tagħmel.

 

Dan is-sit waslitlu informazzjoni li meta Pawlu Pace kien ħa eluf ta’ ewro għal  ħlasijiet ta’ overtime li ma ħadimx, meta l-istess Stephanie Xuereb xehdet quddiem Bord ta’ Inkjeta, stqarret li ma kellhomx il-kuraġġ iwaqqfuh u ħallewh jitħallas għal ħinijiet ta’ xogħol li m’għamilx. Is-Sinjura Xuereb kellha dover assolut li dan l-aġir abbużiv ma tħallihx iseħħ. Għalkemm ma tantx nagħtihom importanza, imma dwar dan anke Shift News kienu kitbu. Għal ġieħna, iż-żatat ħalli għalih biex jippontifika fuq governanza. Tinsewx li dan imexxi l-ESG Alliance.

 

Għal-lum ħa nieqaf hawn. Għada nkomplu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *